Manchester City komplew jixħtu l-pressjoni fuq il-leaders tal-Premier League Ingliż, Arsenal, meta għelbu lil Newcastle United bl-iskor ta’ 2-0 biex dawn tal-aħħar ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għall-kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League.
Din kienet is-seba’ rebħa konsekuttiva għas-Citizens fil-kompetizzjonijiet kollha.
Iż-żewġ goals waslu wieħed f’kull taqsima minn Phil Foden (15) wara azzjoni personali u mis-sosituti Bernardo Silva (67).