Wednesday, December 25, 2024

Premier League Ingliż: Tkompli t-taqtiegħa bejn Man City u Liverpool

Aqra wkoll

Wara l-waqfa ta’ ġimgħa minħabba impenji internazzjonali l-Premier Lea­gue Ingliż se jirritorna meta se titnaqqax ġurnata oħra mil-logħob li fadal li fiha l-leaders Manchester City u t-team ta’ warajhom, Liverpool, se jkomplu bit-taq­tiegħa bejniethom għar-rebħ tat-titlu.

Liverpool v Watford – Iż-żewġ stilel Afrikani, Sadio Mane tas-Senegal u Moha­med Salah tal-Eġittu, se jerġgħu jkunu ħdejn xulxin fl-attakk ta’ Liverpool b’tal- ewwel b’moral għoli wara li kien il-penalty deċiżiv tiegħu li elimina lill-kollega tiegħu mit-Tazza tad-Dinja.

Il-manager tagħhom, Jurgen Klopp, jittama li ma hemm xejn bejniethom li jista’ jtellef l-armonija fil- logħob tagħhom bil-Merseysiders ġejjin minn ħames rebħiet konsekuttivi u Watford, li jinsabu t-tielet mill-aħħar, minn rebħa wara draw u tliet telfiet.

Burnley v Man City – Is-City iridu jirbħu din il-logħba akkost ta’ kollox speċjalment jekk Liverpool jegħlbu lil Watford. Burnley jinsabu qabel tal-aħħar u ġejjin minn rebħa, draw u tliet telfiet.

Huma tilfu l-aħħar disa’ logħbiet kontra s-City fil- kompetizzjonijiet kollha bl-iskor aggregate ta’ 32-1 waqt li Riyad Mahrez skorja disa’ goals kontra l-Clarets, iktar minn kontra kull team ieħor.

Id-draw 0-0 tas-City kontra Crystal Palace fl-aħħar logħba li lagħbu kienet ir-raba’ darba li naqsu li jiskorjaw dan l-istaġun.

Chelsea v Brentford – Minkejja l-inkwiet finanzjarju li għaddejjin minnu kawża tal-invażjoni tar- Russja fl-Ukrajna, Chelsea qed imorru tajjeb fil-ground tant li ġejjin minn ħames reb­ħiet wara xulxin u jinsabu fit-tielet post, 10 punti wara Liverpool, iżda lagħbu logħba inqas minnhom.

Il-Blues se jilqgħu lil Brentford li jinsabu tmien punti fuq it-tielet team mill-aħħar u għalhekk kull punt li jirbħu jiswa mitqlu deheb. Huma qed jippruvaw iżommu posthom mal-kbar wara li fl-istaġun li għadda telgħu miċ-Championship wara nuq­qas ta’ 74 sena mill-ogħla di­viżjoni.

Chelsea rebħu sitta mis- seba’ derbies ta’ Londra dan l-istaġun bl-eċċezzjoni tat- telfa 3-2 kontra West Ham.

Man U. v Leicester C. – Il-Foxes rebħu l-logħba korrispondenti fl-istaġun li għadda bl-iskor ta’ 2-1 u issa għandhom iċ-ċans li jagħ­mluhom żewġ rebħiet wara xulxin barra minn darhom kontra l-United għall-ewwel darba. U wara li fl-ewwel round għelbuhom 4-2, Lei­cester għandhom ċans li jagħmlu double fuqhom għall-ewwel darba.

Il-United, li jinsabu fis-sitt post, kisbu tliet rebħiet, draw u telfa fl-aħħar ħames logħbiet waqt li Leicester reb­ħu tliet logħbiet u sofrew żewġ telfiet meta jinsabu fl-10 post 15-il punt wara l-avversarji tagħhom.

Tottenham v Newcastle – Mindu rritornaw mal-kbar fl-2017, Newcastle rebħu logħ­ba waħda minn disgħa kontra Spurs fil-kampjonat (draw 2, tilfu 6) għalkemm din ir-rebħa kisbuha barra minn darhom (1-0) f’Awwissu 2019.

Spurs ġejjin minn erba’ rebħiet li bejniethom sofrew telfa waqt li Newcastle tilfu l-aħħar żewġ logħbiet wara li kienu kisbu tliet rebħiet.

U meta l-Magpies dehru kif jgħidu l-Ingliżi ‘dead and buried’ huma rpiljaw tajjeb ħafna mindu ħadhom taħt idejh il-manager Eddie Howe wara t-teħid tal-club mill-Arabja Sawdija.

Brighton v Norwich C. – Brighton, trankwilli fit-13-il post b’distakk ta’ 11-il punt fuq t-tielet team mill-aħħar, qatt ma rebħu logħba fix-xahar ta’ April, wara seba’ tentattivi (draw 7, tilfu 7). Huma Hull City biss (16 f’Mejju) li lagħbu iktar logħbiet f’xahar speċifiku mingħajr ma rebħu fl-istorja tal-kompetizzjoni.

Is-Seagulls żammew clean sheet fit-tliet logħbiet kontra Norwich fil-kampjonat li minnhom rebħu tnejn u ġew draw l-oħra.

Leeds U. v Southampton– Is-Saints qed iħarsu biex jagħmlu double fuq Leeds għall-ewwel darba fil-Premier League bl-aħħar player tagħhom li skorja home u away kontra l-Whites ikun Paul Rideout fl-1990-91.

Leeds tilfu darba biss fit-13-il logħba fil-Premier Lea­gue kontra s-Saints (rebħu 7, draw 5) b’din ir-rebħa tmur lura għall-1998 grazzi għall-goal ta’ David Hirst.

Wolves v Aston Villa – Wolves jistgħu jsiru l-ħames team li jagħmel double fuq Aston Villa dan l-istaġun wara Arsenal, Chelsea, Watford u West Ham, li kollha huma clubs ta’ Londra.

Huma rebħu tlieta mill-aħħar ħames konfronti mal- Villa (draw 1, tilfu 1), daqs kemm kellhom fis-26 laqgħa kontrihom (rebħu 3, draw 9, tilfu 14).

Jacob Ramsey, 20 sena, skorja sitt goals għall-Villans dan l-istaġun. Qablu tnejn biss skorjaw iktar fi staġun wieħed għalihom waqt li kienu taħt il-21 sena, li huwa Luke Moore (8) fl-2005-06 u Gabriel Agbonlahor (9) fl-2006-07.

West Ham v Everton– Din il-logħba hija bejn żewġ timijiet b’għanijiet kuntrastużi, il-Hammers biex jiksbu post fl-Ewropa u t-Toffeemen biex ma jiġux relegati.

Everton tilfu darba biss fl-aħħar 13-il logħba f’West Ham (rebħu 8, draw 4) fejn tilfu 3-1 f’Mejju 2018. Intant huma rebħu iktar logħbiet kontra l-Hammers barra minn darhom milli għamlu kontra kull team ieħor (12).

C. Palace v Arsenal – Din il-logħba se tintlagħab nhar it-Tnejn u se tagħlaq il-programm fejn Arsenal huma favoriti meta qed jissieltu għar-raba’ post ma’ Tottenham u Manchester United li jinsabu ferm viċin tagħhom.

Il-Palace għadhom ma reb­ħux f’darhom fl-2022 bil- logħba tkun waħda delikata meta fuq il-bankina tal-      Eagles hemm l-ex player tal- Gunners, Patrick Vieira, li għamilhom team stmat li ma tirbaħlux kif ġieb u laħaq.

Ekonomija

Sport