Monday, September 23, 2024

Premier League: Jaqsmu sitt goals f’partita mill-aktar pjaċevoli

Aqra wkoll

Zabbar SP ……3

Naxxar L. …….3

Minn Cristian Muscat

F’partita pjaċevoli li pproduċiet xejn inqas minn sitt goals, Zabbar St Patrick u Nax­xar Lions temmew fi draw ġust ta’ 3-3.

Il-Lions fetħu l-iskor fit-12-il minuta meta wara li rċieva minn cross ta’ Degran Jackson, EDSON FARIAS CERQUEIRA għola tajjeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun fir-rok­na tax-xibka.

Zabbar wettqu reazzjoni u fl-14-il minuta, Brian Gambarte għadda lejn Dio­go Joao li kellu t-tentattiv tiegħu mnn taħt il-lasta jiġi salvat b’sieq il-goalkeeper Mat­thias Debono.

Żewġ minuti biss wara reġa’ kien Diogo Joao li mpenja lil Matthias Debono li reġa’ salva tajjeb.

Fit-23 minuta, in-Naxxa­rin kellhom ferħa bla temma meta Stefan Ilic għadda lejn Diogo Joao li mill-viċin tefa’ ġewwa iżda l-goal ġie mħassar għal pożizzjoni ta’ offside.

Iżda ħames minuti wara Zabbar ma kellhomx jiġu mċaħħda meta MARCELO BARROS SANTOS minn pożizzjoni ideali dar tajjeb u permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka. 

Fis-57 minuta, Naxxar marru fil-vantaġġ fil-vantaġġ meta minn free-kick mogħti minn Caxambu, il-ballun wasal għand EDSON FARIAS CERQUEIRA li minn taħt il-lasti u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Iżda Zabbar ma rmewx ix-xugaman, anzi wettqu reazzjoni tajba u fis-70 minuta ġabu l-iskor indaqs meta   Brian Gambarte pprovda l-assist lejn is-sostitut żagħżugħ SEAN GATT, bil-ballun  jintemm fix-xibka.

Fis-86 minuta, iż-Żabbarin marru fil-vantaġġ bi ġmiel ta free-kick ta’ DIOGO JOAO iżda żewġ minuti wara huma spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Strahinja Jovancic b’karta ħamra diretta wara foul professjonali.

Fil-ħin miżjud, Naxxar rebħu penalty meta Luca Camilleri waqqa’ lill-player avversarju fil-kaxxa. Mill-11-il metru CAXAMBU li ma żbaljax.

ZABBAR SP: 24-Matthew Grech (1-Luca Camilleri 90), 4-Miguel Azzopardi, 8-Felix Wallace Bonilha, 10-Brian Gambarte, 11-Stefan Ilic (99-David Oliveira Souza 65), 19-Diogo Joao, 21-Strahinja Jovancic, 29-Dion Fava (9-Sean Gatt 65), 31-Joao Pedro De Sa Mendonca (23-Leonardo Agius 79), 55-Dorde Jovicic, 95-Marcelo Barros Santos – Coach: Joao Pedro De Oliveira Janeiro

NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 4-Pedro De Assis Barreto, 7-Takuma Yamaguchi (15-Ryan Gilmour Cassar 62), 8-Neil Pace Cocks (18-Francisco Nunes da Silva 62), 9-Matheus Lima Taumaturgo, 10-Edson Cerqueira Farias (13-Kayne Haber 80), 19-Gustavo Barbosa Santos (23-Caxambu 41), 20-Luan Sergio Nascimento Almeida, 25-Fernando Barbosa Pereira, 31-Degran Jackson   – Coach: George Vella

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Jurgen Spiteri

RABA’ UFF: Daniel Portelli

SKORERS: E. Farias Cerqueira 12, 57, Caxambu pen. 93 (NL), M. Barros Santos 30, S. Gatt 70, D. Joao 86 (ZSP)

AMMONITI: B. Gambarte, D. Jovicic, M. Grech (ZSP), N. Micallef, Caxambu (NL)

TKEĊĊA: S. Jovancic 88 (ZSP)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport