Friday, January 23, 2026

Premier League: Jispikka l-konfront bejn Valletta u Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Hekk kif matul dawn it-tlett ijiem tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Closing Round jew aħjar it-18-il waħda tal-Malta Premier League, jispikka l-konfront bejn Valletta u Hamrun Spartans li r-rivalitá tas-snin 80 qegħda bħal donnha terġa’ tiġġedded.

Partita oħra mill-aktar interessanti hija dik bejn Sliema Wanderer u Hibernians filwaqt li Floriana jaffrontaw lil Mosta.

Logħba bejn żewġ timijiet li kisbu rebħa identika ta’ 3-0 hija dik bejn Gzira United u Birkirkara.

Min-naħa l-oħra, it-timijiet li temmew l-Opening Round fl-aħħar żewġ postijiet iżda qed juru titjib huma Naxxar Lions u Tar­xien Rainbows li se jiffaċ­ċjaw lil Zabbar St Patrick u lil Marsaxlokk rispettivament. 

Valletta v Hamrun S. – Bla dubju, din il-partita mistennija tiġi segwita mill-akbar attendenza tal-istaġun fejn wieħed jantiċipa li Tony Bezzina Stadium se jkun wisq żgħir biex jospita dan il-konfront.

Skond l-aspettattivi, iż-żewġ timijiet laħqu l-għan tagħhom fl-Opening Round fejn Hamrun Spartans spiċċaw fl-ewwel post filwaqt li Valletta temmew it-tielet meta wieħed iqis li ġew promossi miċ-Challenge League … madankollu huma ttrasformaw lilhom infushom bħala pro­­tagonisti fl-ewwel parti.

Huma bdew din it-tieni  fażi fuq nota mill-aktar għolja hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 5-0 fuq Mosta fejn is-sostitut, Andrea Zammit, skorja hat-trick biex huwa l-aqwa sostitut/skorer b’erba’ goals.

Min-naħa tagħhom, l-Ispartans ġejjin minn rebħa diffiċli ta’ 2-1 fuq Tarxien Rainbows iżda wieħed irid jgħid ukoll li saħħew l-iskwadra tagħhom fit-tentattiv li jirrepetu l-pożizzjoni tagħ­hom tal-ewwel fażi.

Valletta għandhom lil Diogo Joao Regala De Fi­gueiredo Tavares sospiż.

Fiż-żewġ konfronti pre­ċedenti, Hamrun rebħu wie­ħed (1-0), bl-ieħor jis­piċċa fi draw ta’ 1-1.

Sliema W. v Hibernians – Din hija partita bejn żewġ ġganti tal-football Malti, li iżda, iddiżappuntaw fl-ewwel fażi, bl-aktar ikunu Hibernians li spiċċaw jilagħbu fil-Bottom Six.

Barra minn hekk, il- Pawlisti ġejjin minn żewġ telfiet – kontra Mosta (2-0) u Birkirkara (3-0) li fihom naqsu li jsibu x-xibka avversarja.

Min-naħa tagħhom, il- Wanderers ġejjin minn telfa kontra Hamrun Spartans (1-0) u rebħa diffiċli ta’ 1-0 kontra Zabbar St Patrick.

Il-Wanderers tilfu s-ser­vvizzi ta’ Miguel Baggio li se jibda avventura barra minn xtutna.

Fl-ewwel logħba, Sliema rebħu bl-iskor ta’ 3-2.

Floriana v Mosta – Floriana jiltaqgħu kontra Mos­ta li huma trawmatizzati mit-telfa ta’ 5-0 kontra Valletta.

Dan ifisser li l-moral hu­wa kemmxejn baxx u għaldaqstant iridu jirriorganizzaw kontra team qawwi.

Floriana għandhom lil Charles M’Mombwa sospiż filwaqt li Mosta mistennija jinżlu bl-aqwa formazzjoni possibbli.

Fl-ewwel partita, Floriana ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0.

Gzira U. v Birkirkara – Din hija partita bilanċjata bejn żewġ timijiet li ġejjin minn rebħa u bil-logħba hija miftuħa għal kull riżultat.

Fil-partita preċedenti, iż-żewġ timijiet spiċċaw fi draw ta’ 0-0. 

Naxxar L. v Zabbar SP – Wara tliet rebħiet u telfa, Naxxar Lions jiltaqgħu kontra Zabbar St Patrick li għandhom lil Ryan Scicluna u Kean Scicluna sospiżi.

Fl-ewwel fażi, Naxxar  rebħu bl-iskor ta’ 2-1, bl-oħra tintemm fi draw 1-1.

Marsaxlokk v Tarxien R. – Din hija logħba bejn żewġ timijiet li ġejjin minn telfa – Marsaxlokk kontra Gzira United (3-0) u Tarxien Rainbows kontra Hamrun Spartans (2-1).

Ix-Xlukkajri se jkunu msaħħa bir-ritorn ta’ Joseph Minala minn sospensjoni.

Huma rebħu l-logħba pre­ċedenti bl-iskor ta’ 2-0.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport