VALLETTA ……….0
FLORIANA ……….0
F’partita bilanċjata, Valletta u Floriana spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals biex Floriana baqgħu fil-quċċata ma’ Gzira United.
L-ewwel taqsima kienet karatterizzata minn bosta żbalji miż-żewġ settijiet ta’ players hekk kif id-difiżi ddominaw lill-avversarji rispettivi.
Minkejja li kienu Valletta li ħarġu l-aktar aggressivi, kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu meta fis-16-il minuta, Jake Grech xeħet free-kick insidjuż iżda minn qagħda tajba, Alen Kurtalic, għolla d-daqqa ta’ ras tiegħu.
Ħames minuti wara Zachary Scerri venven xutt minn tarf il-kaxxa li għadda minn fuq il-mimduda.
Valletta għamlu reazzjoni iżda Thaylor Aldama minn pożizzjoni angolata xeħet għoli. U fis-27 minuta, il-Beltin kienu għoddhom fetħu l-iskor iżda minn taħt il-lasta, Sava Radic, xeħet għoli.
Fit-tieni taqsima, Valletta ħarġu aktar avventurużi u ġiegħlu lil Floriana jirtiraw lura iżda d-difiża tal-Greens kien kumpatta u organizzata biex il-Beltin ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka.
Fis-60 minuta, Brandon Paiber kellu ċans li jiftaħ l-iskor iżda mill-viċin ixxuttja ċentrali.
Fil-71 minuta, il-goalkeeper, Cioletti, kien providenzjali għal Floriana meta salva b’mod diffiċli t-tenattiv ta’ Yuri de Jesus Messias.
Valletta: Adilson Aguero Dos Santos, Steve Borg, Brandon Diego Paiber (Andrea Zammit 87), Jake Azzopardi, Yannick Yankam (Jackson Usuga Mendoza 67), Shaft Brewer Jr (Mattias Ellul 74), Ahmed Adebayo Basher (Stijn Valentijn Meijer 87), Moise Emmanuel Mbende, Yuri De Jesus Messias, Sava Radic, Thaylor Aldama – Coach: Thane Micallef
Floriana: Guilherme Cioletti Ferreira Da Silva, Myles Beerman, Jake Grech, Kenan Dervisagic, Federico Valera Escudero, Zachary Scerri, Dunstan Vella (Charles M’Mombwa 75), Alen Kurtalic, Owen Spiteri, Iago Perreira Mendonca, Mattia Veselji – Coach: Daniel Portela
Referee: Fyodor Zammit
assistenti: Duncan Sultana, Robert Curtis
Raba’ Uff.: Glen Tonna
Skorers: Ħadd
Ammoniti: A. Basher, S. Radic (V); I. Perreira Mendonca, A. Kurtalic (F)
Player tal-Logħba: Brandon Diego Paiber (Valletta)
NAXXAR LIONS …… 5
MOSTA ………………..0
Naxxar Lions umiljaw lill-ġirien Mosta bl-iskor ta’ 5-0 biex din kienet l-akbar rebħa bejn dawn iż-żewġ timijiet fl-ogħla diviżjoni … bil-Mostin jibqgħu ankrata fil-qiegħ tal-klassifika mingħajr l-ebda punt.
Kien fis-26 minuta li Naxxar fetħu l-iskor permezz ta’ xutt mill-viċin ta’ Joao Victor Souza Dos Santos li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, David Udoh Akpan, isalva.
Żewġ minuti wara huma rduppjaw bi ġmiel ta’ xutt ta’ Vinicius Ferreira De Jesus, b’Akpan jinqabad barra minn postu.
Fl-34 minuta Naxxar appellaw għall-penalty meta player ta’ Mosta deher li allegatament miss il-ballun b’idu iżda r-referee Daniel Portelli ħalla l-logħob għaddej.
Fit-42 minuta Naxxar skorjaw it-tielet goal minn daqqa ta’ ras ta’ Joao Victour Moura Cardoso minn 11-il metru bogħod biex prattikament aċċertaw ir-rebħa.
Fis-66 minuta, il-Lions skorjaw ir-raba’ goal minn daqqa ta’ ras oħra, din id-darba minn Gabriel Costa Goncalves filwaqt li sitt minuti wara, Louis Pahama ssiġilla din il-goleada.
Naxxar L.: Matthias Debono, Joao Pedro Iseppe (Mark Fenech 77), Gustavo Felipe De Campos, Neil Pace Cocks, Louis Pahama (Christian Kontchou 77), Edson Farias Cerqeira (Gabriel Costa Goncalves 46), Joao Victor Souza dos Santos (Arniel Guehi 46), Rosiel Pereira Da Silva, Mattias Micallef (Daniel Letherby 67), Vinicius Ferreira De Jesus, Joao Vitour Moura Cardoso – Coach: Winston Muscat
Mosta: David Udoh Akpan (Jayden Farrugia 67), Aiden Agius, Giancarlo Goncalves (Senghor Diamanka 46), Joao Victor Da Silva Dias, Prince Emanuel Chibuzor, Charles Oderinde, Pedro Augusto Cacho, Simon Zibo (Ojo-Ekwu Ojunugwa 46), Jake Vassallo (Willian Filipe 67), Zachary Brincat (Nathan Agius 46), Leonardo Da Silva Fernandes – Coach: Joe Grech
Referee: Daniel Portelli
assistenti: Mark Ciantar, Shaun Calleja
Raba’ Uff.: Shaun Calleja
Skorers: J. V. Souza Dos Santos 26, V. Ferreira De Jesus 28, J. V. Moura Cardoso 42, G. C. Goncalves 66, L. Pahama 72 (NL)
Ammoniti: S. Zibo, N. Agius (M)
Player tal-Logħba: Joao Victor Souza Dos Santos (NL)
HIBERNIANS ……….…..2
ZABBAR ST PATRICK …1
Hibernians telgħu fit-tielet post tal-klassifika b’rebħa ta’ 2-1 fuq Zabbar St Patrick.
Iż-żewġ goals ta’ Hibernians waslu minn Cleiton De Jesus Mendonca (27) u Mailson Lima Duarte Lopes (54 pen) filwaqt li Pedro Santiago Cejas (71) wieġeb għal Zabbar.
Hibernians: Lauretiu Branexsu, Natha Miullen (Alfred Silas 46), Bjorn Kristensen, Deter Xuereb, Kevin Halabaku (Lucas Caruana 18), Matthew Ellul, Cleiton De Jesus Mendonca (Sunday Akinbule 71), Denys Norenkov (Matthew Debattista 79), Pedro Nunes Silva, Mailson Lima (Duane Bonnici 79), Charleston Silva Dos Santos – Coach: Branko Nisevic
Zabbar SP: Manuel Issaufe, Pedro Cejas, Brian Ariel Gambarte, Jake Micallef, Ayom Majok (Nicholas Agius 67), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Zven Polidano, Ryan Scicluna (Bruno Gomes Figueiredo 46), Mayron (Youngwon Im 83), Jurgen Pisani – Coach: Aniello Parisi
Referee: Matthew Degabriele
assistenti: Mitchell Scerri, Slawomir Olucha
Raba’ Uff.: Wayne Sammut
Skorers: C. Mendonca Padilha 27, M. Duarte Lopes 54 pen (H); P. Cejas 71 (ZSP)
Ammoniti: S. Jovancic, B. Figueiredo (ZSP)
Player tal-Logħba: Mailson Lima (Hibernians)

