Sunday, December 29, 2024

Premier League: Liverpool jegħlbu lil Newcastle bi player inqas

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż Manchester City kellhom jitħabtu biex għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 2-1 biex baqgħu l-uniku team b’punti massimi minn tliet logħbiet. 

Fl-aqwa partita ta’ tmiem il-ġimgħa, Liverpool għelbu lil Newcastle United bl-iskor ta’ 2-1 bi player inqas. 

Newcastle v Liverpool – Liverpool marru f’St James Park u għelbu lil Newcastle bl-iskor ta’ 2-1. 

Kien Anthony Gordon (25) li fetaħ l-iskor wara żball ta’ Trent Alexander-Arnold biex tliet minuti wara tkeċċa Virgil van Dijk  għal foul professjonali. 

Iżda jekk kien hemm antiċipazzjoni li l-Magpies kienu se jirbħu bi skor akbar, Liverpool kellhom ħsibijiet oħra hekk kif dawru telfa f’rebħa permezz ta’ żewġ goals tas-sostitut Darwin Nunez (81, 93). 

Burnley v Aston Villa – Aston Villa kisbu t-tieni rebħa staġjonali meta barra minn darhom għelbu lil Burnley bl-iskor ta’ 3-1 biex dawn tal-aħħar għadhom mingħajr l-ebda punt. 

L-iskorers tal-Villans kie­­nu Matty Cash (8, 20) u Moussa Diaby (61) filwaqt li Lyle Foster (47) daħħal lit-team promoss miċ-Cham­pionship fil-partita li kien ukoll l-ewwel goal tagħhom għal dan l-istaġun.  

Sheffield U. v Man City – Iċ-champions Manchester City marru għand Sheffield United u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 b’goal drammatiku ta’ Rodri fl-aħħar żewġ minuti. 

Kien Erling Haaland (63) li fetaħ l-iskor biex patta għall-penalty fallut fis-37 minuta. 

Peró, il-Blades ħasbu li kienu se jieħdu punt prezzjuż meta fil-85 minuta kisbu d-draw momentarju minn Jayden Bogle wara żball ta’ Kyle Walker. 

Ekonomija

Sport