Thursday, February 27, 2025

Premier League: Liverpool jiftħu vantaġġ ta’ 13-il punt fil-quċċata

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Liverpool għelbu lil Newcastle bl-iskor ta’ 2-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 13-il punt fil-quċċata tal-klassifika u għamlu pass kbir lejn ir-rebħ tat-titlu minkejja li lagħbu partita aktar minn Arsenal. 

Kien Dominik Szoboszlai (11) li fetaħ l-iskor filwaqt li Alexis MacAllister (63) irdoppja bi ġmiel ta’ goal. 

Brentford v Everton – Brentford laqgħu lil Everton u spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Kien Yoane Wissa (45) li fetaħ l-iskor għal Brentford iżda Jake O’Brien (77) salva r-riżultat għat-Toffeemen. 

Nottm F. v Arsenal – Arsenal marru għand Nottingham Forest u spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals. 

It-tnejn riedu rebħa – il-Forest biex jidħlu biċ-ċans li jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League u l-Gunners biex jibqgħu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu. 

Arsenal resqu viċin meta Calafiori laqat il-lasta. 

Tottenham v Man City – Manchester City rritornaw għar-rebħ meta barra minn darhom għelbu lil Tottenham bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal jasal minn Erling Haaland (12). 

Man Utd v Ipswich – Manchester United għelbu lil Ipswich bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals jaslu minn auto-goal ta’ Sam Morsy (22), Matthijs de Ligt (26) u Harry Maguire (47) filwaqt li Jaden Philogene (4, 45) skorja għal Ipswich (4, 45). Il-United kellhom lil Patrick Dorgu (43) imkeċċi. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport