Hija uffiċjali li Liverpool jinsabu fi kriżi hekk kif wara li ġimgħa ilu fil-Premier League sfaw megħluba minn Nottingham Forest bl-iskor ta’ 1-0, is-Sibt f’darhom huma sfaw sorpriżi minn Leeds United bl-iskor ta’ 2-1.
Iżda r-Reds setgħu faċilment ħarġu rebbieħa bi skor kbir iżda l-goalkeeper ta’ Leeds, Illan Meslier, kien f’burdata brillanti fejn salva bosta saves determinanti speċjalment fuq Darwin Nunez.
Wara biss erba’ minuti Leeds fetħu l-iskor minn Rodrigo iżda fl-14-il minuta Liverpool kisbu d-draw minn Mohamed Salah li kkonkluda mill-cross ta’ Andy Robertson.
Liverpool iddominaw iżda ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja … u meta kollox kien qed jindika li l-partita kienet se tispiċċa fi draw, minuta mit-tmiem kien Patrick Bamford li għadda lejn Crysencio Summervilla li xeħet fix-xibka.