Thursday, December 26, 2024

Premier League: Man Utd b’saħħithom wisq għal Everton

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester United kisbu rebħa komdu għand Everton bl-iskor ta’ 3-0 biex telgħu fis-sitt post tal-klassifika, b’distakk ta’ sitt punti mil-leaders Arsenal … u meta fadal 25 partita għall-istaġun … wieħed jista’ jgħid li huma fost il-kandidati li se jissieltu għar-rebħ tat-titlu. 

Ir-Red Devils fetħu l- iskor wara biss 136 sekonda bi ġmiel ta’ goal ta’ Alejandro Garnacho li, b’rovexxjata fl-ajru, ħalla lill-goalkeeper Jordan Pickford iħares.

Iż-żewġ goals l-oħra waslu minn penalty ta’ Marcus Rashford (56) u Anthony Martial (75). 

 Tottenham v Aston Villa – F’partita mill-aktar bilanċjata, li kienet interrotta bosta drabi minħabba l-użu tal-VAR, barra minn darhom Aston Villa dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Tottenham Hotspur bl-iskor ta’ 2-1 biex din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għal Spurs wara li fl-aħħar ħarġa tagħhom kienu sfaw megħluba bl-istess skor għand Wolves. 

Kien Giovani Lo Celso (22) li fetaħ l-iskor għat-team ospitu b’xutt qawwi minn barra l-kaxxa.  

Iżda Pau Torres (45) u Ollie Watkins (61) taw it-tliet punti lill-Villans biż-żewġ goals kellhom jiġu verifikati mill-VAR. 

Ekonomija

Sport