Saturday, December 21, 2024

Premier League: Man Utd ifittxu li jegħlbu lil Chelsea u jaqbżu fir-raba’ post

Aqra wkoll

Chelsea v Man Utd

Manchester United se jkunu qed ifittxu li jaqbżu fir-raba’ post tal-klassifika meta jaffrontaw lil Chelsea barra minn darhom fi Stamford Bridge is-Sibt filgħaxija.

Il-Blues ġew miżmuma fi draw ta’ 0-0 minn Brentford f’nofs il-ġimgħa, filwaqt li t-tim immexxi minn Erik ten Hag b’mod konvinċenti għeleb lil Tottenham Hotspur b’rebħa ta’ 2-0.

Neqsin għar-Red Devils se jkunu Anthony Martial u Harry Maguire minħabba injury.  Dan filwaqt li Chelsea se jkunu mingħajr Wesley Fofana u Reece James minħabba l-istess raġuni.

Nottingham F. v Liverpool

Wara li ż-żewġ timijiet ħarġu mill-ground fil-logħob tagħhom f’nofs il-ġimgħa b’rashom mgħollija, Nottingham Forest u Liverpool jippreparaw għall-partita li għandha tirriżulta bħala waħda ferm interessanti fis-City Ground.

It-Tricky Trees żammew lil Brighton & Hove Albion fi draw ta’ mingħajr gowls nhar it-Tlieta, 24 siegħa qabel it-tim immexxi minn Jurgen Klopp għeleb lil West Ham United bl-iskor minimu ta’1-0, bil-goal uniku għalihom jasal mill-Urugwajan Darwin Nunez.

M’hemmx dubju li Nottingham Forest kapaċi joffru oppożizzjoni denja lir-Reds.

Liverpool se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Diogo Jota, Joel Matip u Luis Diaz minħabba injury.

Man City v Brighton & Hove Albion

Manchester City se jkunu qed ifittxu li jirritornaw għar-rebħ meta jilqgħu lil Brighton & Hove Albion fl-Etihad Stadium illum is-Sibt.

Is-Citizens sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun kontra Liverpool fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, filwaqt li s-Seagulls ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr gowls f’darhom kontra Nottingham Forest nhar it-Tlieta.

Man City se jkunu mingħajr Kyle Walker, John Stones u Kalvin Phillips minħabba injury.

Ekonomija

Sport