Iċ-champions Manchester City fallew iċ-ċans li jitilgħu f’ras il-klassifika tal-Premier League Ingliż meta marru għand Aston Villa u spiċċaw fi draw ta’ 1-1.
Kien Erling Haaland (50) li fetaħ l-iskor għas-Citizens meta kkonkluda mill-cross ta’ Kevin De Bruyne … biex skorja l-10 goal tiegħu mill-ftuħ tal-kampjonat.
L-istess Haaland seta’ kabbar il-vantaġġ iżda sab lill-goalkeeper, Emiliano Martinez, attent filwaqt li De Bruyne ġie mċaħħad mill-mimduda minn free-kick 25 metru bogħod.
Għal dawn iċ-ċansijiet mitlufa, il-Villans kisbu d-draw meta Leon Bailey (74) xeħet fir-rokna tax-xibka mill-pass ta’ Jacob Ramsey.
Villa ħasbu li skorjaw il-goal tar-rebħa meta Philippe Coutinho xeħet il-ballun fix-xibka minn taħt il-lasta iżda l-assistent referee kien diġà għolla l-bandiera tiegħu għal offside.