Friday, November 15, 2024

Premier League: Manchester City inkurunati champions

Aqra wkoll

Manchester City ġew inkurunati champions tal-football Ingliż għall-ħames darba f’sitt snin.

Qabel il-logħba kontra Chelsea, huma ġew dikjarati champions wara li s-Sibt Arsenal sfaw megħluba minn Nottingham Foresti bl-iskor ta’ 1-0.

Għaldaqstant, it-team immexxi mill-coach Pep Guardiola ma kellu l-ebda pressjoni … u b’team kompletament mibdul xorta waħda kienu tajbin biżżej­jed biex għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 1-0.

Il-goal wasal kmieni meta fid-disa’ minuta, Julian Alvarez għeleb lil Kepa Arri­zabalaga b’xutt imdawwar.

West Ham v Leeds – West Ham ospitaw lil Leeds Un­ited u dawru telfa f’rebħa biex għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1.

B’din it-telfa issa Leeds jinsabu f’periklu serju li staġun ieħor jilagħbu fiċ-Championship hekk kif jinsabu fiż-żona l-ħamra, żewġ punti taħt Everton.

U meta fadal partita għat-tmiem, Leeds jospitaw lil Tottenham filwaqt li Everton jilagħbu f’darhom kontra Bournemouth. Għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji ta’ Leeds. Min-na­ħa l-oħra, draw jkun biżżejjed għal Everton biex isalvaw posthom.

Intant, kien Rodrigo (17) li fetaħ l-iskor għal Leeds iżda l-Hammers skorjaw  tliet darbiet minn Declan Rice (32), Jarrod Bowen (72) u Manuel Lanzini (93)

Brighton v Southampton – Brighton sellmu lill-partitarji tagħhom għall-aħħar darba f’dan l-istaġun b’reb­ħa ­ ta’ 3-1 fuq Southampton li diġá hu­ma relegati.

It-tliet goals tas-Seagulls waslu minn doppjetta ta’ Evan Ferguson (29, 40) u Pascal Gross (69) filwaqt li Mohamed Elyounoussi (58) wieġeb għas-Saints. 

Ekonomija

Sport