Manchester United kisbu t-tielet rebħa nfila fil-Premier League Ingliż taħt il-manager il-ġdid Erik ten Hag meta marru fil-King Power Stadium u għelbu lil Leicester City bl-iskor ta’ 1-0.
L-uniku goal tal-partita wasal minn fit-23 minuta minn Jadon Sancho li kkonkluda minn pass ta’ Marcus Rashford.
B’hekk issa huma jidhru li mexjin fid-direzzjoni t-tajba wara rebħiet fuq Liverpool u Southampton.
Wara dan il-goal ir-Red Devils baqgħu fil-kontroll tal-partita fejn Leicester rari heddew il-lasti difiżi mill-goalkeeper, David De Gea.