Sunday, December 22, 2024

Premier League: Mil-lum jingħata bidu għall-programm tal-perjodu tal-Milied

Aqra wkoll

Mil-lum jingħata bidu għall-programm  tal- Premier League Ingliż ta’ matul il-festi tal-Milied. 

F’dan il-perjodu jkun hemm konġestjoni ta’ fixtures fejn il-coaches jittamaw li ma jkollhomx daqstant injuries minħabba li din hija fażi mill-aktar importanti tal-kampjonat.

Iżda interessanti huwa l-fatt li bosta huma dawk it-timijiet li għandhom lista ta’ players li qed jirkupraw minn injury.

Mil-lum tibda tintlagħab it-18-il ġurnata bil-partita bejn Crystal Palace u Brighton.

Ġejjin minn draw ta’ 2-2 għand Manchester City, il-Palace se jaffrontaw team li ġej minn telfa ta’ 2-0 kontra Arsenal u għaldaqstant għandu jkun konfront missielet. 

Il-Palace jridu l-punti biex jitbiegħdu min-naħa t’isfel filwaqt li Brighton iridu jidħlu fiż-żona Ewro­pa.

Għada, Aston Villa jistgħu jitilgħu waħedhom fil- quċċata tal-klassifika meta jospitaw lil Sheffield Uni­ted li jinsabu fl-aħħar post.

Il-Villans ikunu qed jimmiraw li jirbħu 16-il rebħa konsekuttiv f’darhom. Huma għandhom lil Boubacar Kamara sospiż.  

Ekonomija

Sport