Friday, August 22, 2025

Premier League: Mosta bl-ewwel rebħa, Sliema W. bl-ewwel telfa

Aqra wkoll

Sliema Wanderers …0

Mosta …………………..1

Minn Cristian Muscat

Mosta kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta ħasdu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 1-0.

Is-Slimiżi, li kienu ġejjin minn rebħa fl-ewwel logħba tagħhom, gawdew mill-iniz­jattiva għal ħinijiet twal u anke kienu sfortunati li laqtu l-lasti darbtejn iżda l-Mostin kienu ferm kompatti u għalqulhom tajjeb sakemm wasal il-penalty li tahom ir-rebħa.

Sliema kellhom bidla waħda mit-team li għeleb lil Zabbar St Patrick il-ġimgħa ta’ qabel meta Sulahmana Mamadu Bah beda minflok Luke Montebello waqt li għal Mosta, Leo Fernandes, Eke Chukwuemeka u Daniel Machado bdew flok Quelmer Hurtado, Nathan Agius u s-sospiż Giancarlo Goncalves.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fit-18-il minuta, min-naħa ta’ Mosta  meta l-konklużjoni ta’ Emmanuel Prince Chibuzor ġiet salvata parzjalment mill-goalkeeper, Ra­shed Al Tumi, bid-difiża Sli­miża tikklerja l-periklu.

Erba’ minuti wara, l-istess Al Tumi kien providenzjali għall-Wanderers meta salva l-free-kick mogħti minn  Leo Fernandes.

Fil-31 minuta, Thiago Espindola ttanta xortih b’xutt minn tarf il-kaxxa li għadda għoli wara li rċieva mingħand Pisani … filwaqt li sitt minuti wara, Roko Prsa venven xutt b’ saħħtu minn barra l-kaxxa li għadda ftit għoli mil-lasti difiżi minn David Udoh Akpan.

Fit-58 minuta, Sliema kie­nu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta minn cross ta’ Magri Overend, Plut bir-ras ra l-ballun jiġu mxellef minn Akpan megħjun mil-lasta.

Fis-67 minuta, Thiago Espindola daħal tajjeb mix-xellug iżda x-xutt angolat tie­għu ġie mxellef f’corner.

Fit-73 minuta, Vito Plut laqat sieq il-lasta meta rċieva pass fit-tul fuq ix-xellug u ġibed lejn tarf il-kaxxa.

Madankollu, fid-79 minuta, Mosta fetħu l-iskor meta Prince Chibuzor Emmanuel ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Murilo Freire … biex mill-11-il metru LEO FERNANDES ma żbaljax.

Erba’ minuti wara, il-Mostin spiċċaw jilagħbu b’għaxar players hekk kif Eke Chukwuemeka rċieva t-tieni karta safra.

Fis-87 minuta, Sliema żie­du l-pressjoni u marru viċin b’xutt mix-xellug tas-sostitut Myles Beerman li ġie salvat tajjeb minn Akpan.

Sliema W.:  22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 5-Neil Frendo, 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut, 12-Roko Prsa, 17-Sulahmana Mamadu Bah (10-Luke Montebello 64), 31-Murilo Henrique Freire (14-Kyrian Nwoko 80), 70-Steven Pisani, 93-Thiago Espindola de Paula (11-Myles Beerman 77), 98-Miguel Baggio Cover (42-Boubakary Diarra 64)  – Coach: Paul Zammit

MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 8-Eke Junior Chukwuemeka Junior Eke, 9-Daniel Henrique Machado Santos (23-Quelmer Hurtado Herrera 60), 16-Gianluca Sciberras, 26-Prince Chibuzor Emmanuel, 30-Chisom Sunday Okereke (6-Aboubacar Diarra 85), 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (21-Nathan Agius 85), 96-Leonardo Fernandes Joaquim da Silva (3-Matthew Bolanos Garcia 85), 97-Caio Silva Sena dos Santos – Coach: Joe Grech

referee: Ishmael Barbara

ASS. refereeS: Luke Portelli, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Reuben Spiteri Delicata

SKORERS:  Leo Fernandes 79 pen (M)

AMMONITI:  E. Chukwuemeka, C. Okereke, P. Emmanuel (M); M. Freire (SW)

TKEĊĊA:  E. Chukwuemeka 83 (M)

PLAYER TAL-LOGĦBA:  David Udoh Akpan (M)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport