Sunday, February 15, 2026

Premier League: Mosta jiksbu l-ewwel punt

Aqra wkoll

MOSTA…………….. 0

BIRKIRKARA…….. 0

F’logħba medjokri, Mosta kisbu l-ewwel punt tagħhom f’dan il-Closing Round meta temmew fi draw ta’ bla goals kontra Birkirkara li min-naħa tagħhom fallew żewġ punti mill-aktar importanti fit-tenattiv tagħhom li jikkwalifikaw mat-Top Six.

Fil-veritá, iż-żewġ timijiet ftit li xejn inkwadraw il-lasti avversarji biex kollox ma’ kollox ir-riżultat kien wieħed ġust.

Birkirkara taw l-impres­sjoni li kienu se jkunu offensivi meta wara biss ftit sekondi resqu viċin Bayo Mben.

Iżda ż-żewġ difiżi rażżnu għal kollox lill-attakkanti rispettivi biex iż-żewġ goalkeepers ftit li xejn kienu mpenjati.

Għal Birkirkara, Aleandro Garzia u Geoffrey Acheampong kienu l-aktar li resqu viċin filwaqt li Nevin Portelli u Pedro Da Silva rreċiprokaw għal Mosta.

Mosta: David Udoh Akpan Gilson Sequeira Da Costa, Nevin Portelli, Kurt Zammit, Joao Victor Da Silva Dias, Azer Kozic (Cheikh Diamanka Senghor 71), Emmanuel Prince Chibuzor (Simon Zibo 92), William Salomao Filipe, Pedro Augusto Cacho Alves Da Silva (Giancarlo Goncalves 74), Jake Vassallo, Leonardo Fernandes Joaquim Da Silva  – Coach: Joe Grech

Birkirkara: Miguel Angel Martinez, Francisco Lopez Garrone, Manuel Ignacio Morello, Aleandro Garzia, Kemar Reid, Shaun Dimech (Neil Micallef 87), Alessandro Coppola, Geoffrey Acheampong (Sebastian Viveros Lopez 86), Ronivan Bispo Dos Santos, Donovan Stephane Makoma, Jacques Armand Thierry Bayo Mben (Jere Vrcic 68)  – Coach: Paul Zammit

Referee: Ishmael Barbara

assistenti: Luke Portelli, Duncan Spencer

Raba’ Uff.: Slobodan Petrovic

Skorers: Ħadd

Ammoniti: G. Acheampong (SW)

Player tal-Logħba: Nevin Portelli (Mosta)

NAXXAR LIONS…………… 1

SLIEMA WANDERERS…… 1

Naxxar Lions ħadu punt kull wieħed meta temmew fi draw ta’ 1-1 biż-żewġ goals jiġu skorjati lejn it-tmiem.

Wara taqsima mingħajr goals, din il-partita mmaturat fit-tieni taqsima.

Ħames minuti mill-ftuħ tagħha, in-Naxxarin resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta Vinicius Ferreira xeħet lejn Gustavo Goncalves li minn pożizzjoni ideali bir-ras laqat il-mimduda.

Madankollu, fit-83 minuta, Joao Souza Dos Santos xeħet lil Naxxar fil-vantaġġ meta ħasad għal kollox lill-goalkeeper Kelvin Agu Emeka.

Peró, fit-tieni minuta tal-ħin miżjud, il-Wanderers salvaw ir-riżultat meta Vito Plut għadda l-ballun lejn Fernan­dinho li approfitta minn indeċiżjoni fid-difiza Naxxarija u serva lil Uros Duranovic li mill-viċin xeħet il-ballun fix-xibka.

Naxxar L.: Matthias Debono, Joao Pedro De Souza Iseppe, Gustavo Felipe De Campos Goncalves, Mark Fenech (Neil Pace Cocks 74), Joao Victor Souza Dos Santos (Theo Seara Kruger 88), Yeangel Emilio Montero Manzano (Sekala Siolklon Amiel Guehi 74), Daniel Letherby, Gabriel Costa Goncalves, Christian Cedric Kontchou Nganmini, Vinicius Ferreira De Jesus, Joao Vitor Moura Cardoso  – Coach: Winston Muscat

Sliema W.: Kelvin Agu Emeka, Jean Borg, Luke Montebello (Adam Magri Overend 66), Uros Duranovic, Roko Prsa, Gustavo Alcino, Wescley Matos Da Silva (Vito Plut 80), Murilo Henrique Freire Bernardo, Steven Pisani, Mohamed Abdulahi Awad (Jose Fernando Gomes Junior 66), Thiago Espindola De Paula – Coach: Pablo Doffo

Referee: Daniel Casha

assistenti: James Muscat, Shaun Calleja

Raba’ Uff.: Alex Johnson

Skorers: J. Souza Dos Santos 83 (NL); U. Duranovic (92)

Ammoniti: M. Debono, G. Goncalves, G. Costa Gocalves (NL); L. Montbello, G. Alcino (SW)

Player tal-Logħba: Vinicius Ferreira De Jesus

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport