Albert Scerri u George Ebejer ingħaqdu ma’ Norbert Attard u Tony Borg sabiex ikkwalifikaw għar-round li jmiss tal-Premier League of Darts wara li rebħu l-finali rispettiva tagħhom.
Kemm Scerri kif ukoll Ebejer xejn ma sabuha faċli kontra l-avversarji tagħhom tant li kellhom imorru lejn l-aħħar game sabiex iddeċieda l-konfront favurihom.
Albert Scerri għeleb lil Brian Abela 3-2 filwaqt li George Ebejer rebaħ bl-istess skor lil John Ciantar.
Fil-jiem li ġejjin ikompli l-Premier League of Darts li din is-sena qed jintlagħab fis-sala tal-Każin tal-Banda San Gejtanu fil-Ħamrun.