Saturday, September 14, 2024

Premier League of Darts: Norbert Attard fil-kmand tal-klassifika wara wirja tajba

Aqra wkoll

Wirja kbira mill-plejer tad-darts Norbert Attard kienet fundamentali sabiex hu stess jitla’ fl-ewwel post tal-klassifika tal-Premier League of Darts wara li għeleb lil Lawrence Spiteri 4-1. Attard ftit ta ċans lill-avversarju tiegħu jilgħab il-logħba tipika tiegħu bl-istess Spiteri li naqqas il-marġni tal-iskor meta rnexxielu jirbaħ set kontra l-erbgħa l-oħra li tilef.

Minkejja li ma kienx fl-azzjoni, John Agius żamm it-tieni post tal-klassifika b’Tony Borg u Enrico Scerri jirkupraw wara rebħiet identiċi ta’ 4-0 kontra Matthew Vella u Kevin Aquilina rispettivament.

Fis-sezzjoni tan-nisa, Althea Ciantar baqgħet iżomm il-quċċata tal-klassifika wara żewġ rebħiet konsekuttivi ta’ 3-0 u 3-1 kontra Kelly Harvey u Bev Keen rispettivament.

Sadanittant dawn kienu r-riżultati li kellna f’din it-tielet ġurnata:

Enrico Scerri – Kevin Aquilina 4-0

Tony Borg – Matthew Vella 4-0

Norbert Attard – Lawrence Spiteri 4-1

Brian Abela – Albert Scerri 1-4

Althea Ciantar – Kelly Harvey 3-0

Amy Abela – Bev Keen 3-1

Amy Abela – Kelly Harvey 3-0

Bev Keen – Althea Ciantar 1-3

KLASSIFIKA – KATEGORIJA RĠIEL

Norbert Attard 10, John Agius 8, Albert Scerri, Tony Borg, Enrico Scerri 6, Brian Abela 4, Eucharist Baldacchino, Kevin Aquilina, Matthew Vella, Lawrence Spiteri 2.

KLASSIFIKA – KATEGORIJA NISA

Althea Ciantar 8, Amy Abela 6, Bev Keen 2, Kelly Harvey.

Ekonomija

Sport