Omar Aquilina u Kevin Spiteri kisbu l-kwalifikazzjoni tagħhom għall-Premier League of Darts hekk kif intlagħbet it-tielet ġurnata fil-Każin tal-Banda ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.
Aquilina kellu riżultati pożittivi kontra Simon Camilleri (3-0), Ivan Falzon (3-0), Clifford Caruana (3-1), Dennis Fenech (3-2) sabiex fil-finali għeleb lil ħuh Jonathan Aquilina 3-1.
Min-naħa tiegħu, Spiteri għeleb lil Simon Agius 3-0, Brian Abela 3-0, Godfrey Abela 3-2 sabiex fil-finali kiseb riżultat importanti ta’ 3-2 kontra Enrico Scerri.
Dawn iż-żewġ plejers jingħaqdu ma’ Albert Scerri, George Ebejer, Norbert Attard u Tony Borg li aktar qabel kisbu l-kwalifikazzjoni tagħhom.
Il-logħob ikompli fil-ġimgħat li ġejjin sabiex jintgħażlu l-aqwa għaxar plejers li aktar tard jilagħbu għat-titlu finali.