Minn Cristian Muscat
Meta bejn illum u għada tintlagħab l-10 ġurnata tal-Opening Round tal-Malta Premier League, teżisti possibbiltá kbira li Valletta jaqbżu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika.
Dan hekk kif huma jibdew favoriti biex jegħlbu lil Gzira United filwaqt li l-leaders Floriana għandhom impenn diffiċli kontra Hamrun Spartans.
Iż-żewġ rivali eterni, Floriana u Valletta, huma l-uniċi li aċċertaw posthom fit-Top Six.
Min-naħa l-oħra hemm taqtiegħa bejn ħames timijiet – Hamrun Spartans, Hibernians, Sliema Wanderers, Hibernians, Marsaxlokk u Birkirkara – biex xi ħadd minnhom jiġi relegat fil-Bottom Six.
Floriana v Hamrun S. – Bla dubju din hija l-aqwa partita ta’ din l-10 ġurnata hekk kif il-leaders Floriana jiltaqgħu kontra Hamrun Spartans li ġejjin minn draw ta’ 1-1 kontra Naxxar Lions biex fallew żewġ punti mill-aktar importanti.
Il-fatt li l-Ispartans jinsabu jipparteċipaw fil-UEFA Conference League, qed iħalli mpatt ta’ għejja fost il-players.
Min-naħa tagħhom, Floriana jimmiraw li jiksbu t-tliet punti kontra l-Ħamruniżi meta issa ilhom ma jirbħulhom mit-3 ta’ Frar, 2018.
Valletta v Gzira U. – Valletta, li huma l-uniku team mingħajr telfa, jimmiraw li jkomplu b’din is-sensiela pożittiva meta jaffrontaw lil Gzira United li jinsabu fit-tmien post … erba’ punti miż-żona tar-relegazzjoni.
Il-Maroons se jkunu mingħajr iż-żewġ players sospiżi – Jork Eblin Becerra Portocarrero u Johan Bonilla Calderon.
Tarxien R. v Birkirkara – Dan huwa konfront bejn żewġ timijiet li għalihom rebħa hija prioritá … Tarxien Rainbows fil-ġlieda għas-salvazzjoni filwaqt li Birkirkara għall-kwalifikazzjoni għat-Top Six.
Filwaqt li r-Rainbows ma jistgħux jinkludu lil Rafael Azevedo Tavares u lil Octavio Leal De Barros, Birkirkara għandhom lil Francisco Lopez Garrone nieqes għax kollha sospiżi.
Hibernians v Sliema W. – Din għandha tkun partita mill-aktar interessanti hekk kif Hibernians ġejjin minn tliet telfiet konsekuttivi.
Rebħa għalihom tkun tfisser li jaqbżu lill-istess Wanderers.
Huma għandhom lil Bjorn Kristensen u lil Lucas Villela Iapert sospiżi.
Mosta v Naxxar – Dan huwa konfront bejn żewġ timijiet li jinsabu fl-aħħar post flimkien ma’ Tarxien Rainbows.
In-Naxxarin għandhom lil Owen Portelli sospiż.
Marsaxlokk v Zabbar SP – Iż-żewġ timijiet jimmiraw għal rebħa – Marsaxlokk biex iżommu t-tamiet ħajjin għat-Top Six, filwaqt li Zabbar, li għandhom lil Brian Gambarte sospiż, jitbegħdu miż-żona tar-relegazzjoni.
Premier League: Possibbiltá li Valletta jitilgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika