Sunday, November 24, 2024

Premier League: Rebħa komda għal Liverpool fuq Brentford

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż,  Livepool telgħu fit-tieni post tal-klassifika b’rebħa ta’ 3-0 fuq Brentford, bl-iskorers ikunu Mohamed Salah (39, 62) bit-tieni wieħed ikun il-200 goal tiegħu, u Diogo Jota (74).

Aston Villa v Fulham – Aston Villa saħħew il-ħa­mes pożizzjoni b’rebħa ta’ 3-1 fuq Fulham.

Il-Villans fetħu vantaġġ ta’ tliet goals minn auto-goal ta’ Antonee Robinson (27), John McGinn (42) u Ollie Watkins (64) filwaqt li Raul Jimenez (70) wieġeb għall-Cottagers.

Brighton v Sheffield U. – F’darhom, Brighton sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Sheffield United.

Huma skorjaw wara biss sitt minuti minn Simon Adin­gra (6) iżda Sheffield United kisbu d-draw minn auto-goal ta’ Adam Webster (74) wara li Brighton kel­lhom lil Mahmoud Dahoud (69) imkeċċi.

West Ham v Nottm F. – F’partita mill-aktar eċċitanti, West Ham għelbu lil Nottingham Forest bl-iskor ta’ 3-2.

Kien Lucas Paqueta li fetaħ l-iskor għal West Ham wara biss tliet minuti.

Iżda Taiwo Awoniyi (44) u Anthony Elanga (63) dawru l-iskor favur il-Forest.

Madakollu,  Jarrod Bowen (65) kiseb id-draw għall-Hammers filwaqt li Tomas Soucek tahom ir-reb­ħa żewġ minuti mit-tmiem.

Sport