Sunday, August 24, 2025

Premier League: Riżultat li ma kkuntenta lil ħadd

Aqra wkoll

Birkirkara ……..0

Gzira United ….0

Minn Cristian Muscat

Birkirkara u Gzira United temmew fi draw ta’ mingħajr goals biex iż-żewġ timijiet għadhom mingħajr rebħa.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fl-20 minuta bil-Maroons ikunu huma li joħolqu l-periklu meta free­kick ta’ Clayton Failla ġie salvat f’darbtejn mill-goalkeeper,  Miguel Angel Martinez.

Birkirkara wieġbu fis-36 minuta meta Geoffrey Achempong  tefa’ ballun fit-tul lejn Lucas Macula li kien qed jilgħab proprju kontra l-ex team tiegħu, li rnexxielu jindirizza cross insidjuż iżda d-difiża Gżirjana kklerjat il-ballun minn kull periklu.

Fl-44 minuta Birkirkara kellhom free-kick mix-xellug li ngħata minn Jan Busuttil, b’Kemar Reid jagħmel kuntatt mal-ballun iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin intemmet barra.

Fil-ħin miżjud tal-ew­wel taqsima, Birkirkara resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor iżda pront kien il-veteran, Clayton Failla, li ġie wkoll ivvutat bħala l-aħjar player tal-logħba, li tajjar il-ballun minn fuq il-linja fatali wara konklużjoni ta’ Kemar Reid.

Fl-54 minuta, Gzira reġgħu ħolqu l-periklu meta Virgens kellu l-konklużjoni tiegħu minn tarf il-kaxxa tintemm barra.

Huma komplew fuq l-offensiva u fil-65 minuta, l-is­tess Virgens għadda tajjeb lejn Maxuell Maia iżda dan naqas milli jikkonkludi, bil- ballun finalmemt jispiċċa barra.

Fit-68 minuta, Birkirkara reġgħu heddew meta Shaun Dimech avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda  ġie antiċipat mid- difiża avversarja bil-ballun jispiċċa għand Ignacio Manuel Morello li minn qagħda ideali falla l- mira.

Fis-87 minuta Lucas Macula, kellu rovexxjata mill-viċin li spiċċa barra.

Sas-suffara finali l-iskor baqa’ ma nbidilx biex iż-żewġ timijiet kellhom jikkuntentaw b’punt kull wieħed li fil-veritá r-riżultat ma kkuntenta li ħadd.

BIRKIRKARA: 1-Miguel Angel Martinez, 3-Ignacio Manuel Morello, 4-Luis Mario Cordova Mina, 5-Stefan Marjanovic (10-Shaun Dimech 60), 9-Kemar Reid, 22-Jan Busuttil (27-Franklin Sasere 60), 24-Leandro Lautaro Lacunza, 25-Neil Micallef, 33-Geoffrey Edwin Acheampong (21-Liam Delicata 89), 59-Stephen Donovan Makoma, 77-Lucas Macula  – Coach: Stefa­no De Angelis

GZIRA U.: 33-Edoardo Colombo, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 6-Andrew Borg, 10-Maxuell Maia, 13-Clayton Failla, 14-Luis Carlos Riascos, 19-Jork Eblin Becerra, 22-Marc van de Font Bovenkamp (9-Andre Carlos Penha Da Costa 67), 57-Johan Bonila Calderon, 96–Felix Wallace Bonilha, 98-Fabrico Silva Virgens – Coach: Clive Mizzi

referee: Philip Farrugia

ASS. refereeS: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Vladimir Rizoski

SKORERS:  Ħadd

AMMONITI:  I. M. Morello, S. D. Makoma, L. Macula (B)

PLAYER TAL-LOGĦBA:  Clayton Failla (GU)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport