Saturday, December 21, 2024

Premier League: Sliema Wanderers fil-quċċata ma’ Birkirkara

Aqra wkoll

Marsaxlokk …….0

Sliema W. ……….1

Fil-Premier League, Sliema Wanderers kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Marsa­xlokk biex filwaqt li telgħu jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika flimkien ma’ Birkirkara, min-naħa tagħhom Marsa­xlokk sofrew ir-raba’ telfa konsekuttiva biex għadhom qed ifittxu l-ewwel punt … u jinsabu f’inkwiet kbir li jistgħu jispiċċaw mal-aħħar sitta għat-tieni round ta’ din l-ewwel fażi. 

Is-Slimiżi mill-ewwel ħar­ġu fuq l-offensiva u proprju fl-10 minuta, huma fetħu l-iskor meta  Myles Beerman għadda lejn Vito Plut li kompla lejn id-debuttant WESCLEY MA­TOS DA SILVA li minn pożizzjoni ideali għeleb għal kollox lill-goalkeeper,  Marko Drobnjak. 

Fis-16-il minuta, Drobnjak salva fuq free-kick ta’ Steve Pisani … u erba’ minuti wara Wescley seta’ rdoppja iżda falla l-mira minn taħt il-lasti. 

Fit-38 minuta, ix-xutt ta’ Magri Overand kien imblukkat iżda mir-rebound, Samuel Da Mata xeħet barra.

Għaxar minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Marsaxlokk heddew għall-ewwel darba iżda Yuri de Jesus Messias falla ċans tad-deheb meta mill-viċin xeħet barra. 

Il-Wanderers għamlu reaz­zjoni tliet minuti wara bid-daqqa ta’ ras ta’ Vito Plut tgħaddi tħakkek mal-lasta. 

Fit-62 minuta, il-Blues appellaw għal penalty meta Plut twaqqa’ fil-kaxxa iżda kollox kien normali għar-referee Philip Farrugia.  

It-team immexxi mill-coach, Paul Zammit, baqa’ jikkontrolla kull sitwazzjoni bix-Xlukkajri jippruvaw jope­raw bil-kontrattakki iż­da ma setgħux jippenetraw lid-difiża kompatta Slimiża. 

Għaldaqstant bdew jippruvaw jirrikorru għal xutti­jiet mid-distanza … bl-aktar li resaq viċin kien Duane Bonnici, li iżda, sab lill-goalkeeper Kevin Emeka attent. 

U bil-ħin għaddej, Sliema baqgħu jiddettaw biex sas-suf­fara finali l-iskor baqa’ ma nbidilx biex huma baqgħu l-uniku team li għadu ma sofra l-ebda goal.

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 3-Jefferson De Jesus Santos, 8-Jake Ghio (4-Karl Micallef 58), 10-Yuri De Jesus Messias (9-Patrick Nonato 74), 11-Duane Bonnici, 19-Jose Uli­ses Arias, 23-Alex De Aguiar Gomes, 24-Enmy Manuel Pena Beltre (26-Raphael Holzhauser 58), 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna – Coach: Winston Muscat

SLIEMA W.: 12-Kelvin Agu Emeka, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend (8-Edmond Agius 81), 9-Vito Plut (22-Cain Attard 81), 10-Samuel Gomes Da Mata (77-Mohammed Awad 74), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley Matos Da Silva (18-Sergio Felipe Ramos da Silva 74), 31-Murilo Henrique Freire Bernardo, 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani (5-Neil Frendo 86) – Coach: Paul Zammit

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Max Lee Muscat

RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

SKORER: W. Matos Da Silva 10 (SW) 

AMMONITI:  J. de Jesus Santos, J. Ghio (M)

Ekonomija

Sport