Tottenham Hotspur irritornaw fil-quċċata tal-Premier League hekk kif goals minn Son Heung-min u James Maddison kienu biżżejjed biex jegħlbu lil Fulham 2-0 f’rebħa b’mod komdu.
Il-captain Son fetaħ l-iskor b’goal eċċellenti fis-36 minuta wara li pass ħażin ta’ Calvin Bassey ġie antiċipat minn Micky van de Ven.
Fl-54 minuta Maddison rdoppja b’goal kważi identiku, hekk kif pass ieħor ta’ Bassey ġie mwaqqaf u l-midfielder tal-Ingilterra rċieva mingħand Son biex issiġilla r-rebħa.
Tottenham issa għandhom 23 punt, Manchester City u Arsenal 21 u Liverpool 20.