Sunday, August 24, 2025

Premier League: Zabbar St Patrick jirreġistraw l-ewwel punt

Aqra wkoll

Zabbar SP ……..2

Hibernians ……2

Minn Cristian Muscat

Hibernians sfaw miżmuma fi draw ta’ 2-2 mill-ġirien Zabbar SP, biex b’hekk wara t-telfa ta’ 2-1 kontra Sliema Wanderers fl-ewwel ġurnata, iż-Żabbarin kisbu l-ewwel punt tal-istaġun.

Għal Hibernians iddebutta bejn il-lasti l-goalkeeper veteran ta’ 44 sena, Justin Haber. Dan kein qed jimmarka r-ritorn tiegħu mal-Pawlisti hekk kif kien diġá lagħab mat-tim minn Raħal Ġdid għal żewġ perjodi matul it-tieni parti tal-istaġun 2015-16 u 2022-23.

B’hekk, preċiżament ta’ 44 sena, xahrejn u 15-il ġurnata, huwa kiser record tal-ikbar player fl-etá li qatt lagħab fil-Malta Premier. Dan hekk kif huwa twieled fid-9 ta’ Ġunju, 1981.

Hibernians akkwistaw lil dan il-goalkeeper in extremis wara li weġġa’ l-goalkeeper Rumen u akkwist ġdid Laurentiu Branescu fl-ewwel konfront kontra Gzira United, li fih il-Pawlisti ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-3.

Fir-raba’ minuta, il-coach ta’ Hibernians, Branko Nisevic, kien kostrett jeffettwa bidla sfurzata minħabba li weġġa’ Jurgen Degabriele.

Fit-32 minuta Zabbar fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ free-kick,  Jake Micallef kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin salvata parzjalment minn Haber, iżda mir-rebound pront kien CEJAS PEDRO li minn taħt il-lasti tefa’ ġewwa

Fit-tieni mi­nuta tal-ħin miżjud tal-ew­wel taqsima, il- Pawlisti kisbu d-draw meta Natha Miullen niżżel tajjeb lejn BJORN KRISTENSEN li b’xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa tefa’ l-ballun fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.

Fit-58 minuta, Hiber­nians dawru l-iskor b’goal mill-isbaħ skorjat minn Ped­ro Cacho Alves b’xutt mid-distanza.

Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali lit-team minn Raħal Ġdid u fis-66 minuta Lucas Villela Iapert pprova jaqbad barra minn postu lil Camilleri iżda t-tentattiv tiegħu ntemm barra.

Fit-80 minuta, Zabbar me­ritatatament għamlu l-iskor indaqs permezz tas-sostitut SAMUEL GOMES DA MATA, li xeħet fix-xibka b’opportuniżmu.

Minuta mit-tmiem Zabbar spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa l-Korean, Im Youngwon, permezz ta’ karta ħamra diretta, liema player kien ilu biss ħames minuti fil-ground.

ZABBAR SP: 1-Luca Camilleri, 4-Abu Dumbuya, 9-Pedro Santia­go Cejas (15-Im Youngwon 84), 10-Brian Ariel Gambarte, 16-Jake Micallef (55-Kean Scicluna 72), 21-Strahinja Jovancic, 22-Zean Leonardi (39-Samuel Gomes Da Mata 73), 28-Vinicius De Paiva, 32-Toni Brito E Silva (11-Nicholas James Agius 59), 33-Mayron, 89-Mario Fontanella (7-Haroun Tchaouna 60)  – Coach: Aniello Parisi

HIBERNIANS: 31-Justin Haber, 4-Alfred Silas (6-Lucas Caruana 56), 7-Lucas Villela Lapert, 9-Natha Miullen Carvalho (14-Dexter Xuereb 56), 10-Jurgen Degabriele (21-Alex Bruno De Souza Silva 23), 11-Bjorn Kristensen, 13-Joao Teixieira, 16-Aiden Zammit (96-Charleston Silva Dos Santos 84), 18-Pablo Lima De Alves (22-Duane Bonnici 84), 41-Pedro Augusto Da Silva, 44-Henrique Pedro Nunes Silva   – Coach: Branko Nisevic

referee: Slobodan Petrovic

ASS. refereeS: Duncan Sultana, Max-Lee Muscat

RABA’ UFF: Wayne Sammut

SKORERS:  P. S. Cejas 31, S. Gomes Da Mata 81 (ZSP), B. Kristensen 47, P. A. Cacho Alves Da Silva 59 (H)

AMMONITI:  B. Kristensen, J. Teixeira, P. A. Cacho Alves Da Silva (H), P. S. Cejas, N. J. Agius (ZSP)

tkeċċa:  I. Youngwon 89 (ZSP)

PLAYER TAL-LOGĦBA:  Bjorn Kristensen (H)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport