Friday, December 13, 2024

Premier League: Żewġ konfronti diretti bejn erba’ timijiet ta’ fuq

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Illum u għada tintlagħab is-seba’ ġurnata tal-Premier League qabel l-impenji tat-team nazzjonali bil-partita ta’ ħbiberija kontra t-Turkmenistan u dik tal-UEFA Nations League kontra l-Moldova.

L-aktar żewġ partiti li jispikkaw, bla dubju, huma Hamrun Spartans v Hibernians u Birkirkara v Sliema Wanderers.

Fil-veritá hija ħasra li partiti ta’ din il-portata u hekk importanti se jintlagħbu matul il-ġimgħa minħabba li se jkunu privi  mill-ispettaturi.

Dan minħabba li l-għada kulħadd ikun irid jisbaħ għax-xogħol kif ukoll li llum u għada ikomplu jintlagħbu l-kompetizzjonijiet Ewropej li żgur li se jtellfu mill-interess tal-football do­mestiku.

Intant, partita oħra inte­ressanti hija dik bejn Mosta u Floriana hekk kif dawn tal-aħħar jimmiraw li joħorġu bit-tliet punti filwaqt li jittamaw li ż-żewġ partiti l-kbar jintemmu fi draw.

Konfront bilanċjat li jista’ jmur kull naħa huwa dak bejn Naxxar Lions u Melita filwaqt li Marsa­xlokk jimmiraw għat-tieni rebħa meta jilagħbu kontra Zabbar St Patrick.

Balzan jiffaċċjaw lil Gzira United li t-tnejn ġejjin minn telfa.

Hamrun S. v Hibernians – Dan il-konfront ilaqqa’ żewġ timijiet glorjużi fejn tiġġedded ir-rivalitá ta’ bej­niethom.

Dan minbarra li bħalissa jinsabu jaqsmu t-tielet post bi 11-il punt kull wieħed u ħames punti taħt il-leaders Birkirkara … u għaldaqstant rebħa hija mill-aktar imperattiva. 

Wara telfa kontra Mosta (1-0) u draw kontra Balzan (1-1), l-Ispartans kisbu reb­ħa kbira ta’ 6-0 fuq Nax­xar Lions biex irreġistraw l-akbar skor s’issa f’dan l-istaġun.

Għaldaqstant huma jin­żlu għal din il-partita kontra team li kellu jitħabat biex għeleb lil Zabbar St Patrick (2-1) fejn kienu dawn tal-aħħar li fetħu l- iskor.

Il-Pawlisti jkunu msaħ­ħa bir-ritorn ta’ Higor Gab­riel Fernandes Alves minn sospensjoni.

Birkirkara v Sliema W. – Din hija partita bejn żewġ timijiet, li flimkien ma’ Floriana, għadhom mingħajr telfa.

Il-pressjoni tinsab kol­lha fuq Sliema Wanderers li jinsabu distakkati b’erba’ punti mil-leaders Birkirkara u għaldaqstant jekk dawn tal-aħħar joħorġu reb­bieħa jiftħu vantaġġ ta’ seba’ punti fuq l-istess Wanderers.

Iż-żewġ timijiet ġejjin minn logħbiet diffiċli tant li kien lejn it-tmiem tal-partita li laħqu l-objettiv tagħ­hom.

Filwaqt li l-Karkariżi għelbu lil Mosta b’goal waħdani skorjat fit-87 mi­nuta, is-Slimiżi salvaw il- logħba fis-96 minuta meta ġustament ingħataw penalty biex temmew fi draw ta’  2-2 kontra Melita.

Din hija logħba miftuħa għal kull riżultat u żball jista’ jkun detrimentali.

Il-Wanderers se jkunu mingħajr is-sospiż, Myles Beerman. 

Zabbar SP v Marsaxlokk – Din hija partita mill-aktar bilanċjata bejn żewġ timijiet li jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika.

Filwaqt li ż-Żabbarin għandhom erba’ punti, ix- Xlukkajri jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika b’punt inqas.

Marsaxlokk jimmiraw li jiksbu t-tliet punti biex jaqbżu lil dawn l-avversarji diretti li jagħtuhom tama ġdida wara bidu mill-aktar diżastruż fejn kisbu rebħa waħda wara ħames telfiet konsekuttivi.

U bil-kwalitajiet li jippossjiedu wieħed jistaqsi kemm huma kapaċi jtemmu mal-ewwel sitta f’din il-fażi meta fadal ħames partiti.

Iż-Żabbarin ma jistgħux jinkludu lis-sospiż, Strahinja Jovancic 

Mosta v Floriana – Dan il-konfront huwa wieħed delikat għal Floriana kontra team li ma kienx ħaqqu joħroġ b’idejh vojta fit-telfa ta’ 1-0 kontra Birkirkara.

Għaldaqstant, il-Mostin se jagħmlu minn kollox biex ipattu għal dan id-diżappunt kif ukoll jagħtu l-ewwel telfa tal-istaġun lil Floriana li l-bilanċ tagħhom jaqra tliet rebħiet u tliet draws.

Il-Greens se jkun msaħ­ħa bir-ritorn tad-difensur, Oualid El Hasni, minn sospensjoni.

Din se tkun partita speċjali għar-referee, Fyodor Zammit, li se jkun qed jikkontrolla l-200 partita fl-ogħla diviżjoni Maltija wara li kien iddebutta nhar  12 ta’ Diċembru, 2010, fid-draw ta’ 2-2 bejn Qormi u Vittoriosa Stars fil-Hibernians Stadium.

Naxxar L. v Melita – Naxxar Lions iridu jinsew l-umiljazzjoni ta’ 6-0 kontra Hamrun Spartans u jirriorganizzaw fit-tentattiv li jiksbu t-tliet punti kontra Melita li kienu sekondi bogħod minn rebħa ta’ 2-1 fuq Sliema Wanderers. Iżda dawn tal-aħħar rebħu penal­ty biex salvaw ir- riżultat.

Iż-żewġ timijiet mistennija li jinżlu bl-aħjar formazzjoni possibbli.

Balzan v Gzira U. – Din hija logħba bejn żewġ timi­jiet li ġejjin minn telfa identika ta’ 2-1 … Balzan kontra Marsaxlokk u Gzira United kontra Floriana.

Rebħa għall-Gżirjani tagħti indikazzjoni bikrija għall-qasma bejn it-Top 6 u l-Bottom 6 jew aħjar li se jkunu qed jilagħbu fil-Pla-Out.

Filwaqt li Gzira għandhom lil Joseph Minala sospiż, Henri Braham Stanic jirritorna għal Balzan minn sospensjoni.

Ekonomija

Sport