Wednesday, October 30, 2024

Premier Lge: Bidu tajjeb għal Arsenal … Brighton bl-akbar rebħa

Aqra wkoll

Arsenal v Nottm F.– Arsenal, li fl-istaġun preċedenti spiċċaw fit-tieni pożizzjoni, bdew il-kampanja tagħhom b’rebħa ta’ 2-1 fuq Nottingham Forest. 

Kien Edward Nketiah (26) li fetaħ l-iskor għall-Gunners meta t-tentattiv tiegħu ġie devjat minn Joe Worrall li nganna bil-goalkeeper tiegħu stess. 

Imbagħad Bukayo Saka (32) irdoppja bi ġmiel ta’ goal meta dawwar il-ballun għal ġox-xibka. 

Il-Forest ħasdu lil Arsenal fit-82 minuta b’goal ta’ Taiwo Awoniyi iżda l-Gunners ikkontrollaw sal-aħħar.  

Bournemouth v West Ham – West Ham marru għand Bournemouth u ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1. 

Wara taqsima min­għajr goals, kien Jarrod Bowen (51) li fetaħ l-iskor għall-Hammers iżda Dominic Solanke (82) salva r-riżultat għaċ-Cherries. 

Brighton v Luton – Brigh­ton irreġistraw l-akbar rebħa meta ospitaw lill-promossi Luton Town u għelbuhom bl-iskor ta’ 4-1. 

Mingħajr is-servizzi ta’ Moises Caicedo, bis-saga tiegħu tibqa’ tkarkar bejn Liverpool u Chelsea, is-Seagulls iddominaw għal kollox bl-iskorers ikunu Solly March (36), Joao Pedro (71 pen), Simon Adingra (85)  u Evan Ferguson (93) filwaqt li Carlton Morris (81 pen) wieġeb għall-Hatters. 

Everton v Fulham – Everton, li salvaw mir-relegaz­zjoni proprju fl-aħħar ġurnata tal-istaġun li għadda, bdew fuq nota negattiva meta f’darhom sfaw megħluba minn Fulham bl-iskor ta’ 1-0. 

L-eroj tagħhom kien is-sostitut Bobby de Cordova-Reid (73) li ta t-tliet punti lill-Cottagers b’xutt fir-rokna tax-xibka. 

Madankollu, it-Toffees fallew bosta ċansijiet tad-deheb minn Neal Maupay fi tliet tentattivi u ieħor minn Abdoulaye Doucoure filwaqt li Nathan Patterson laqat il-lasta. 

Sheffield U. v C. Palace – Crystal Palace marru għand Sheffield United u rebħulhom bl-iskor ta’ 1-0, bl-uni­ku goal tal-partita jasal minn Odsonne Edouard (49).  

Sport