Sunday, November 17, 2024

Premier Lge: Man Utd miżmuma minn Chelsea

Aqra wkoll

Immexxija mill-manager interim, Ruud van Nistelrooy, wara t-tkeċċija ta’ Erik ten Hag, Manchester United naqsu li joħorġu rebbieħa meta f’Old Trafford huma sfaw miżmuma minn Chelsea bl-iskor ta’ 1-1. 

Il-partita ma laħqitx l-aspettattivi mixtieqa, bil-United jiftħu l-iskor minn penalty mogħti minn Bruno Fernandes (70) wara li l-goalkeeper, Robert Sanchez, ikkometta foul fuq Rasmus Hojlund. 

Peró, appena għaddew erba’ minuta, Chelsea kisbu d-draw minn Moises Caicedo permezz ta’ volley tremend.

Lejn it-tmiem, id-difensur tar-Red Devils, Lisandro Martinez, kien fortunat li ma tkeċċiex meta kkommetta foul professjonali fuq Cole Palmer. 

Tottenham v Aston Villa – Tottenham Hotspur lagħbu partita kbira li mmaturat fit-tieni taqsima biex għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 4-1 wara li kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor. 

Bla dubju l-eroj ta’ Spurs kien Dominic Solanke li ġie akkwistat fis-sajf li għadda għal £65 miljun, hekk kif skor­ja doppjetta. 

Kien Morgan Rogers (32) li fetaħ l-iskor għall-viżitaturi minn azzjoni ta’ corner fejn żewġ minuti qabel setgħu sabu x-xibka iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Amadou Onana ġiet imċaħħda mil-lasta.

Peró, fit-tieni taqsima Tottenham kienu trasformati għal kollox u skorjaw erba’ goals mingħajr risposta minn Brennan Johnson (49), Dominic Solanke (75, 79) u James Maddison (96).

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport