Saturday, March 1, 2025

Premier Malti: Birkirkara u Hibernians fl-aqwa partita

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Illum u għada tintlagħab it-tmien ġurnata tal-Clo­sing Round tal-Malta Premier League, jew aħjar l-24 waħda tal-istaġun. 

Hekk kif fadal erba’ ġranet oħra, il-kwadru bħal donnu qed jifforma ruħu biex ikunu magħrufa s-sitt timijiet li se jilagħbu fit-Top Six u dawk li jkollhom jikkuntentaw li jilagħbu fil- Bottom Six.

Dan il-programm huwa mill-aktar interessanti li jikkonsisti f’konfronti diretti. Iżda l-aktar wieħed li jispikka hu dak bejn Birkirkara u Hibernians li, flim­kien ma’ Marsaxlokk, jinsabu fit-tieni po­żizzjoni.

Dawn tal-aħħar jaffrontaw lil Sliema Wanderers li jinsabu tliet punti waraj­hom li ġejjin ukoll minn żewġ telfiet konsekuttivi.

Iż-żewġ timijiet li flim­kien qed jokkupaw il-quċ­ċata tal-klassifika, Floriana u Hamrun Spartans, ikunu involuti f’partiti delikati met­a jiltaqgħu kontra Mosta u Hamrun Spartans rispettivament.

Min-naħa l-oħra, iż-żewġ timijiet li jinsabu fl-aħħar żewġ postijiet, Balzan u Naxxar Lions, jaffrontaw lil Melita u lil Zabbar St Patrick.   

Birkirkara v Hibernians – Din hija partita bejn żewġ timijiet li ġejjin minn rebħa u jinsabu fit-tieni post tal- klassifika. 

Filwaqt li Birkirkara għel­bu lil Zabbar St Patrick bl-iskor ta’ 3-0, Hibernians rebħu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-0.

Fil-veritá, il-pressjoni hi­ja kollha fuq Hibernians, Dan minħabba li fl-Ewwel Fażi Birkirkara temmew fit-tieni post tal-klassifika u għaldaqstant diġá bbukkjaw posthom fis-semi-finali għar-rebħ tat-titlu … sakemm Floriana ma jir­­b­­ħux din it-Tieni Fażi wkoll għax f’dan il-każ jiġu dikjarati cham­pions.

Il-Pawlisti ma jistgħux jinkludu lil Pedro Henrique Nunes Silva li jkun qed jiskonta t-tieni sospensjoni nfila.

Min-naħa l-oħra, il-Kar­kariżi mistennija jinżlu bl- aqwa formazzjoni possibbli. 

Fiż-żewġ partiti pre­ċedenti, kull team ħareġ rebbieħ bl-iskor identiku ta’ 2-0. 

Sliema v Marsaxlokk – Dan huwa konfront bejn żewġ timijiet li fl-aħħar tliet ħarġiet, irreġistraw rebħa u sofrew żewġ telfiet. 

Filwaqt fl-aħħar logħba, Marsaxlokk għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 1-0, Sliema Wanderers ġej­jin minn telfa ta’ 2-1 kontra r-rivali eterni, Floriana.

Għall-Wanderers, xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom minħabba l-fatt li jridu jis­piċċaw għall-inqas fit-tieni post. U biex jagħmlu hekk iridu jiġbru l-punti meta bħa­­lissa jinsabu ħames punti taħt il-ko-leaders, Ham­run Spartans u Floria­na.

Marsaxlokk se jkollhom jgħaddu mingħajr iż-żewġ players Lucas Lopez Dessypris u Diver Duvan Torres Quinones għax jinsabu sospiżi filwaqt li għall-Wanderers, Murilo Henrique Freire Bernardo, se jkun sos­piż għall-ħames darba f’dan l-istaġun. 

Fil-partita tal-Ewwel Fa­żi, is-Slimiżi kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0.

Floriana v Mosta – Ir-rebbieħa tal-Ewwel Fażi, Flo­riana, jaffrontaw lil Mosta, f’dik li hija meqjusa bħala partita delikata minkejja li l-Mostin huma dejjem enigma … imprevidibbli fl- inkonsistenza.  

Konxji mill-fatt jekk itemmu fl-ewwel post f’din il-fażi, il-Greens jiġu dikjarati champions mingħajr ma jintlagħbu s-semi-finali. 

Għaldaqstant jimmiraw li jkomplu għaddejjin b’din is-sensiela pożittiva. 

Min-naħa ta’ Mosta, iridu l-punti biex jevitaw li ji­lagħbu fil-Bottom Six wara li fl-Ewwel Fażi lagħbu mal-ewwel sitta. 

L-uniku player sospiż hu dak Mosti, Joao Teixeira.

Min-naħa l-oħra ż-żewġ timijiet jilqgħu player minn sos­pensjoni – Floriana lil Dunstan Vella u Mosta lil Prince Afriyie.

Fiż-żewġ logħbiet pre­ċe­denti, Floriana ħarġu rebbieħa 2-0 u 1-0.    

Hamrun S. v Gzira U. – Hamrun Spartans, li kel­lhom jitħabtu biex għelbu lil Balzan bl-iskor minimu ta’ 1-0, jiltaqgħu kontra Gzira United li ġejjin minn telfa ta’ 1-0 kontra Marsa­xlokk. 

Minkejja li qed jaqsmu l-ewwel post, fil-veritá l-Ispartans huma ‘l bogħod mill-forma li għamlithom champions fl-istaġun li għadda u bħal donnhom għadhom ma bdewx jikkon­vinċu fil-logħob tagħhom. 

Min-naħa l-oħra din hija partita diffiċli għall-Maroons u jimmiraw li jieħdu xi ħaġa minn dan il-konfront fit-tentattiv li ma jis­piċċawx fil-Bottom Six. 

Hamrun għandhom lil Ederson Bruno Domingos sospiż. 

Fil-partita preċedenti, l- Ispartans ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1. 

Naxxar L. v Zabbar SP – Naxxar Lions, li ġejjin minn żewġ rebħiet konsekuttivi jiffaċċjaw lil Zabbar St Patrick li ġejjin minn telfa ta’ 3-0 kontra Birkirkara. 

Il-Lions għandhom lill- Ġappuniż, Takuma Yamaguchi sospiż.

Fiż-żewġ logħbiet diretti, ġie reġistrat draw ta’ 3-3 filwaqt li ż-Żabbarin rebħu l-logħba l-oħra bl-iskor ta’ 3-0.

Balzan v Melita – Din hija partita bejn żewġ timijiet li ġejjin minn telfa – Balzan kontra Hamrun Spartans (1-0) u Melita kontra Naxxar Lions (5-2).

Balzan se jkunu msaħħa bir-ritorn ta’ Triston Ca­rua­na minn sospensjoni.

Fiż-żewġ partiti preċe­denti Melita ħarġu rebbieħa bl-iskors ta’ 2-0 u 1-0.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport