Marsaxlokk …….5
Naxxar Lions ….1
Meta l-Ġimgħa ngħata bidu għal BOV Kampjonat Premier 2023/24, Marsaxlokk bdew fuq nota mill-aktar pożittiva meta għelbu lit-team promoss ta’ Naxxar Lions bl-iskor ta’ 5-1 li jidher li se jkun staġun diffiċli għalihom.
Marsaxlokk mill-ewwel ħarġu fuq l-offensiva biex isibu goal kmieni u proprju fil-15-il minuta huma fetħu l-iskor meta Anthony Obonogwu niżżel il-ballun lejn Yuri Messias fuq ix-xellug u b’xutt fil-baxx ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Naxxar Lions, Matthias Debono, isalva.
In-Naxxar għamlu reazzjoni mmedjata u proprju żewġ minuti wara, ġirja ta’ Maicon de Souza ntemmet b’xutt fil-baxx li l-goalkeeper Serb, Marko Drobnjak, salva parzjalment qabel tbiegħed il-periklu.
Fil-31 minuta, reġa’ kien Messias li ħoloq il-periklu iżda x-xutt minn barra l-kaxxa għadda jħakkek mal-wieqfa.
Ir-risposta tan-Naxxarin waslet tliet minuti wara minn tentattiv minn barra li l-kaxxa li ġie mxellef f’corner.
Madankollu, fit-38 minuta, kien Nicolai Muscat li rdoppja għax-Xlukkajri meta b’xutt fil-baxx ikkonkluda minn cross fuq il-lemin.
Fil-41 minuta, it-team immexxi mill-coach, Winston Muscat, kien għoddu skorja t-tielet goal meta mill-free-kick ta’ Leandro Aguirre, ix-xutt ta’ Obonogwu minn qagħda ideali ġie salvat minn Debono.
Fil-55 minuta, Marsaxlokk żiedu l-iskor minn Fernando Gomes li xeħet fix-xibka mill-pass ta’ Messias.
Peró, tliet minuti wara, il-Lions naqqsu l-marġni tal-iskor meta Elizeu għadda through pass lejn Pablo Augusto Carvalho li gheleb lil Drobnjak.
Iżda, fis-70 minuta, Marsaxlokk reġgħu fetħu vantaġġ ta’ tliet goals meta free-kick mil-lemin ma kienx ikklerjat tajjeb mid-difiża ta’ Naxxar biex is-sostitut, Sunday Akinbule, b’xutt b’saħħtu ma ta l-ebda ċans lil Debono jsalva.
Bil-partita mirbuħa u mitlufa, ix-Xlukkajri kienu fil-kontroll assolut tal-logħba u ma kienet l-ebda sorpriża li fid-89 minuta ssiġillaw ir-rebħa meta Yuri Messias, li ġie vvutat l-aħjar player tal-partita, għeleb lill-goalkeeper Naxxari, b’xutt qawwi fil-baxx minn tarf il-kaxxa.
MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 3-Weder Soares Da Silva, 5-Daniel Zerafa (4-Ramon Yago 64), 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias, 17-Jacob Walker, 18-Gary Camilleri, 27-Leandro Aguirre (11-Duane Bonnici 82), 10-Diego Pires Dall’Oca (8-Jake Ghio 76), 94-Jose Fernando Gomes Junior, (22-Dale Mifsud 76) 99-Anthony Abaj Obongwu (88-Sunday Akinbule 65) – Coach: Winston Muscat
NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 5-Fernando Barbosa Pereira (12-Ayrton Senna Azzopardi 82), 8-Neil Pace Cocks (28-Giuseppe Bonanno 82), 9-Pablo Augusto Servo Da Carvalho, 10-Edson Cerqueira Farias (11-Darren Falzon 77), 15-Ryan Gilmour Cassar, 20-Elizeu Espirito Santo Da Conceicao (4-Ryan Mercieca 77), 22-William Moreira Da Silva Marcilio, 23-Maicon de Souza Da Silva, 33-Joao Vitor Moura Cardoso (18-Joel Ellul 77) – Coach: George Vella
REFEREE: Slobodan Petrovic
ASS. REFEREES: Roberto Vella, Luke Portelli
RABA’ UFF: Andrea Sciriha
SKORERS: Y. Messias 15, 89, N. Muscat 38, J. Fernando Junior 55, S. Akinbule (70) (M); P. De Carvalho 58 (NL)
AMMONITI: L. Aguirre (M)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Yuri De Jesus Messias (M’Xlokk)