Marsaxlokk …..3
Mosta ………….1
Minn Cristian Muscat
Marsaxlokk bdew l-istaġun fuq nota pożittiva meta kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 3-1.
Wara biss sitt minuti Marsaxlokk kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta Joseph Minala ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda.
Mosta wieġbu fid-disa’ minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Sunday Okereke li intemmet ftit barra.
Fis-16-il minuta, Marsaxlokk fetħu l-iskor meta MARCELO BARROS SANTOS, approfitta minn żball fid-difiża ta’ Mosta, qabeż lill-goalkeeper ta’ Mosta Demba u b’eleganza tefa’ l- ballun fix-xibka.
Madankollu, fit-28 minuta, il-Mostin kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Giancarlo Goncalves, permezz ta’ daqqa preċiża mill-viċin ZACHARY BRINCAT tefa’ l-ballun fix-xibka.
Ix-Xlukkajri rrispondew fit-38 minuta, b’xutt qawwi ta’ Mayok mid-distanza.
Huma komplew jippressaw u fil-45 minuta, Barros Santos, kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment minn Demba, bil-ballun jintemm għand Nikolai Muscat li venven xutt mid-distanza iżda falla l-mira.
Fis-47 minuta, ix-Xlukkajri rduppjaw meta Juan Corbalan indirizza cross fid-direzzjoni ta’ MARCELO BARROS SANTOS li permezz ta’ daqqa ta’ ras għeleb lill-goalkeeper, Jorgen Demba.
Fit-53 minuta, huma skorjaw it-tielet goal meta Jose Ulises Arias għadda tajjeb lejn Maiok li min-naħa tiegħu serva lil JORGE AILTON SOARES li mill-viċin tefa’ l-ballun f’lasti vojta.
Wara dan il-goal ir-ritmu naqas biex Marsaxlokk baqgħu jamministraw sal-aħħar.
Peró, fil-ħin miżjud tkeċċa Giancarlo Goncalves għal Mosta għal żewġ karti sofor.
Marsaxlokk: 22-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 5-Enrico Pepe (3-Weder Soares da Silva 68), 6-Nikolai Muscat, 10-Jose Ulises Arias, 11-Juan Carlos Corbalan, 17-Jorge Ailton Soares, 25-Joseph Minala (8-Jake Ghio 87), 27-Leandro Aguirre, 95-Marcelo Barros Santos, 99-Ayom Majok (7-Nevin Portelli 61) – Coach: Vincenzo Potenza
mosta: 1-Jorgen Demba, 10-Giancarlo Goncalves, 14-Joao Victor Da Silva Dias, 16-Gianluca Sciberras, 21-Nathan Agius (6-Aboubacar Diarra 46), 23-Quelmer Hurtado, 26-Emmanuel Prince Chibuzor, 30-Sunday Okereke (9-Daniel Henrique Santos 66), 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (96-Leonardo Da Silva 74), 97-Caio Silva Sena Dos Santos (2-Aiden Agius 66) – Coach: Joseph Grech
referee: Fyodor Zammit
ASS. refereeS: Duncan Sultana, Robert Curtis
RABA’ UFF: Raiden Psaila
SKORERS: M. Barros Santos 16, 47, J. A. Soares 53 (Mx), Z. Brincat 28 (Mt)
AMMONITI: J. A. Soares (Mx), Z. Brincat, C. Silva (Mt)
TKEĊĊA: G. Goncalves 94 (Ms)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Marcelo Baros Santos (Mx)