Zabbar St Patrick …….1
Sliema Wanderers …..2
Minn Cristian Muscat
Sliema Wanderers bdew l-istaġun fuq nota pożittiva meta għelbu lil Zabbar SP bl-iskor strett ta’ 2-1, bit-tliet goals jaslu fl-ewwel taqsima.
Wara li fetħu vantaġġ doppju sal-ewwel nofs siegħa logħob, Sliema rrilassaw xi ftit biż-Żabbarin iwettqu reazzjoni tajba fejn fil-fatt irnexxielhom inaqqsu l-marġni tal-iskor u saħansitra setgħu anke jagħmlu l-iskor indaqs.
Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel periklu wara biss ħames minuti meta Roko Prsa għadda tajjeb lejn Luke Montebello li iżda minn taħt il-lasta laqat ħazin u tefa’ ferm għoli.
Minuta biss wara reġa kien Montebello li ħoloq il-periklu fejn din id-darba ra lill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Zabbar, Luca Camilleri, isalva tajjeb.
B’azzjoni wara l-oħra, Sliema fetħu l-iskor mal- kwarta logħob meta Steve Pisani xeħet through pass li minnu fit-tentattiv li jikklerja l-ballun Mayron bir-ras tefa’ l-ballun fil-lasta tiegħu stess, b’dan ikun l-ewwel goal tal-istaġun.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-30 minuta, il-Wanderers irduppjaw meta THIAGO ESPINDOLA permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Iżda Zabbar wettqu reazzjoni mill-aqwa u ta’ dan ġew ippremjati meta, fl-34 minuta, naqqsu l-marġni meta minn corner tal-captain Brain Gambarte, il-goalkeeper ta’ Sliema, Rashed Al Tumi, naqas milli jilħaq il-ballun li ntemm għand HAROUN TCHAOUNA li permezz ta’ daqqa ta’ ras minn taħt il-lasta xeħet fix- xibka.
Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali lil Zabbar u fit-42 minuta resqu viċin li jiksbu d-draw meta l-istess Tchaouna kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit barra.
Fis-56 minuta, Zabbar fallew ċans tad-deheb li jsibu x-xibka meta s-sostitut Mario Fontanella kellu t-tentattiv tiegħu kważi minn tarf il-kaxxa jistampa mal-mimduda.
Il-logħba naqset ferm mill-intensitá tagħha fejn ma ġiet innotata l-ebda azzjoni oħra denja miż-żewġ naħat, bi Sliema jkomplu jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmeim il-partita, biex b’hekk kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun.
ZABBAR SP: 1-Luca Camilleri, 4-Abu Dumbuya, 7-Haroun Tchaouna (9-Pedro Cejas 67), 10-Brian Gambarte, 11-Nicholas James Agius (55-Kean Scicluna 60), 16-Jake Micallef (77-Izaak Etim Akpan 90), 21-Strahinja Jovancic, 22-Zean Leonardi (24-Timothy Eviparker 67), 28-Vinicius De Paiva, 32-Toni Brito E Silva (89-Mario Fontanella 46), 33-Mayron – Coach: Aniello Parisi
SLIEMA W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 5-Neil Frendo, 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut (14-Kyrian Nwoko 77), 10-Luke Montebello (17-Sulahmana Bah 60), 12-Roko Prsa (42-Boubakary Diarra 87), 31-Henrique Murilo, 70-Steve Pisani, 93-Thiago Espindola (11-Myles Beerman 77), 98-Miguel Baggio – Coach: Paul Zammit
referee: Alex Johnson
ASS. refereeS: Mitchell Scerri, David Castillo
RABA’ UFF: Philip Farrugia
SKORERS: Mayron 15 o.g, T. Espindola 30 (S), H. Tchaouna 34 (Z)
AMMONITI: A. Dumbuya (ZSP), S. Pisani (SW)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Steve Pisani (Sliema W.)