GZIRA UNItED ……….0
VALLETTA ……….…….2
Minn Cristian Caruana
Valletta rritornaw għar- rebħ meta għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewg goals jaslu wieħed f’kull taqsima, biex b’hekk wara t-telfa ta’ 2-1 kontra Floriana, il-Gżirjani sofrew it-tieni telfa nfila u niżlu fir-raba’ post tal-klassifika.
Valletta kellhom lil Thaylor Aldama u Diogo Tavares sospiżi, b’dan tal-aħħar ikun qed jiskonta s-sitt u l-aħħar partita sospensjoni minn daqstant partiti.
Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu mal-kwarta logħob meta ż-żaghżugh Andrew Borg kellu x-xutt kemmxejn fraġli tiegħu mill-viċin salvat mingħajr diffikultá mill-goalkeeper Belti, Adilson Aguero Dos Santos.
Man-nofs siegħa logħob, il-coach ta’ Gzira, Darren Abdilla, kien kostrett jaffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ l-player vetran, Clayton Failla, biex minfloku daħal Marc Van De Font Bovenkamp.
Madankollu għalkemm Gzira bdew jiddettaw il-logħob, kienu Valletta li fetħu l-iskor, fl-40 minuta, meta AHMED BASHER ADEBAYO kellu t-tentattiv mill-viċin salvat parzjalment mill-goalkeeper, Edoardo Colombo, u mir-rebound bir-ras xeħet fix-xibka.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Valletta komplew bl-istess ritmu u appena għaddew erba’ minuti, huma rduppjaw l-iskor meta f’kontrattakk veloċi l-awtur tal-ewwel goal, Adebayo, għadda tajjeb lejn ANDREA ZAMMIT li avvanza u b’eleganza tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka, b’dan ikun il-ħames goal tiegħu f’dan l-istaġun.
Gzira wieġbu fid-59 minuta meta free-kick insidjuż ta’ Johann Bonilla Calderon ġie ppanċjat f’sigurtá minn Dos Santos.
Eventwalment, ir-ritmu naqas biex il-logħob kien wisq konċentrat f’nofs il-ground hekk kif il-Beltin kienu komdi jikkontrollaw lill-avversarji tagħhom li ftit li xejn resqu lejn il-lasti avversarji.
Fit-89 minuta, Valletta resqu ferm viċin li jiskorjaw it-tielet goal meta Brandon Paiber indirizza free-kick inidjuż li ġie mċaħħad mill-mimduda qabel intemm barra.
Gzira U.: Edoardo Colombo, Gabriel Bohrer Mentz, Deacon Abela, Andrew Borg (Neil Cassar 66), Brooklyn Borg, Andre Carlos Penha Da Costa, Maxuell Maia, Clayton Failla (Marc Van De Font Bovenkamp 30), Stasa Bastic (Santiago Perlaza Martinez 66), Isemoli N’sa, Johan Bonilla Calderon (Dejan Farrugia 75) – Coach: Darren Abdilla
Valletta: Adilson Aguero Dos Santos, Mattias Ellul, Steve Borg, Andrea Zammit (Brandon Paiber 72), Jake Azzopardi, Yannick Yankam, Adebayo Ahmed Basher (Stijn Meijer 80), Emmanuel Moise Mbende (Neil Anthony Micallef 80), Yuri De Jesus Messias (Thomas Melillo 89), Sava Radic, Jackson Mendoza – Coach: Thane Micallef
Referee: Alex Johnson
assistenti: Kurt Saliba, Max-Lee Muscat
Raba’ Uff.: Daniel Portelli
Skorers: A. A. Basher 40, A. Zammit 49 (V)
Ammoniti: M. Ellul (V), B. Borg, D. Abela (GU)
Player tal-Logħba: Adebayo Ahmed Basher (Valletta)

