Minn Cristian Muscat
Zabbar St Patrick……. 0
Valletta…………………. 0
Valletta sfaw miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals minn Zabbar St Patrick, b’dan ikun it-tieni riżultat infila ta’ draw bl-istess skor għal Zabbar immexxija mill-coach il-ġdid, Gilbert Agius.
Fl-għaxar minuta, il-Beltin ħolqu l-ewwel periklu meta Thaylor Aldama ttanta xortih minn tarf il-kaxxa, bil-goalkeeper Ignacio Colombo jdawwar il-ballun f’corner.
Kien biss fil-61 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti denja ta’ nota minn Zabbar meta Bruno Gomes ixxuttja ċentrali. L-istess Bruno Gomes kellu ċans ieħor żewġ minuti wara iżda din id-darba il-goalkeeper Belti, Adilson Dos Santos xeħet f’corner.
Fis-66 minuta, il-Beltin tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor iżda minn pożizzjoni ideali Yuri Messias tefa’ għoli. Żewġ minuti biss wara, l-istess player ġie muri l-karta s-safra għal simulazzjoni fil-kaxxa avversarja.
Fit-78 minuta, il-Beltin resqu viċin iżda minn tarf il-kaxxa, ix-xutt ta’ Messias għadda ftit barra.
Fis-68 minuta, cross minn fuq il-lemin wasal għand Stijn Meijer li iżda mill-ewwel ġie antiċipat mid-difensuri Żabbarin.
Fid-89 minuta, il-Beltin kellhom ċans ieħor mid-distanza permezz tas-sostitut Brandon Paiber iżda sab lil Colombo attent.
Zabbar SP: Ignacio Gonzalo Colombo, Bruno Miguel Gomes Figueiredo, Pedro Santiago Cejas, Brian Ariel Gambarte, Nicholas James Agius (Luis Felipe Rodrigues Mota 46), Jake Micallef, Ayom Majok Ayom (Vinicisu De Paiva 87), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Kean Scicluna, Jurgen Pisani – Coach: Gilbert Agius
Valletta: Adilson Aguero Dos Santos, Mattias Ellul (Yannick Ynakam 70), Steve Borg, Andrea Zammit (Diogo Joao Regala De Figueiredo Tavares 57), Jake Azzopardi, Ahmed Adebayo Basher (Stijn Valentijn Meijer 83), Moise Emmanuel Mbende, Yuri De Jesus Messias, Sava Radic, Thaylor Aldama, Jackson Usuga Mendoza (Brandon Diego Paiber 57) – Coach: Thane Micallef
Referee: Emanuel Grech
assistenti: Duncan Spencer, Shaun Calleja
Raba’ Uff.: Slobodan Petrovic
Skorers: Ħadd
Ammoniti: S. Radic, J. Azzopardi, Y. De Jesus Messias, B. Paiber (V); J. Micallef (ZSP)
Player tal-Logħba: Bruno Miguel Gomes Figueiredo (ZSP)
NAXXAR LIONS……. 4
GZIRA UNITED…….. 2
F’partita mill-isbaħ, Naxxar Lions għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 4-2 biex issa daħlu biċ-ċans li jikkwalifikaw mat-Top Six.
Kienu Naxxar li fetħu l-iskor, fit-18-il minuta meta JOAO VICTOR SOUZA DOS SANTOS, venven xutt mill-isbaħ mid-distanza.
Imbagħad, mas-siegħa logħob Gzira kisbu d-draw meta MAXUELL MAIA kellu d-daqqa ta’ ras mill-viċin tintemm ġewwa.
Tliet minuti wara, il-Maroons dawru l-iskor favur tagħhom meta wara li rċieva minn cross in ta’ Johan Josue Bonilla, ANDRE CARLOS PENHA DA COSTA daħal bħal vleġġa u permezz ta’ tap-in mill-viċin tefa’ ġewwa.
Iżda Naxxar wettqu reazzjoni tajba u fit-68 minuta kisbu l-paritá meta GABRIEL COSTA GONCALVES permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ma ħafirx.
Fil-71 minuta reġgħu marru fil-vantaġġ b’xutt ta’ LOUIS PAHAMA minn tarf il-kaxxa.
Fil-81 minuta Gzira kellhom ferħa bla temma meta Maxuell Maia skorja iżda r-referee Matthew De Gabriele innota foul fl-attakk u ħassar dan il-goal.
Ħames minuti wara l-istess Maxuell Maia kellu free-kick insidjuż jiġi devjat f’corner.
Iżda kienu Naxxar li ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal fil-ħin miżjud meta s-sostitut LOUIS PAHAMA avvanza tajjeb fil-kaxxa u tefa’ l-ballun f’lasta vojta.
Naxxar L.: Matthias Debono, Joao Pedrro Iseppe, Gustavo Felipe De Campos, Mark Fenech, Edson Farias Cerqueira (Louis Pahama 54), Joao Victor Souza Dos Santos, Daniel Letherby, Rosiel Perreira Da Silva, Gabriel Costa Goncalves (Amiel Guehi 87), Vinicius Ferreira De Jesus (Theo Kruger 90), Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: Winston Muscat
Gzira U.: Edoardo Colombo, Gabriel Bohrer Mentz (Deacon Abela 46), Andrew Borg (Neil Cassar 46), Santiago Martinez Perlaza, Brooklyn Borg (Dejan Farrugia 79), Maxuell Maia, Luis Carlos Riascos, Marc Van De Font Bovenkamp, Isemoli N’Sa, Johan Josue Bonilla Calderon (Stasa Bastic 80), Mihajlo Stojanovic – Coach: Darren Abdilla
Referee: Matthew Degabriele
assistenti: Mark Ciantar, Ro- bert Curtis
Raba’ Uff.: Daniel Portelli
Skorers: J. V. Souza Dos Santos 18, G. C. Goncalves 68, L. Pahama 71, L. Pahama 92 (N), M. Maia 61, A. C. Penha Da Costa 63 (G)
Ammoniti: A. Borg, B. Borg (G), J. V. Souza Dos Santos, G. Costa Goncalves, M. Fenech (N)
Player tal-Logħba: J. V. Souza Dos Santos (NL)
BIRKIRKARA………………. 1
SLIEMA WANDERERS…… 1
Birkirkara u Sliema Wanderers temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 1-1.
Kieu Sliema Wanderers li fetħu fuq l-offensiva meta wara biss żewġ minuti, Fernando Gomes kellu t-tentattiv tiegħu mill-viċin jintemm ftit barra.
Fil-11-il minuta, waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota għat-tim ta’ Birkirkara bi Stepahne Donovan Makoma jixxuttja mid-distanza iżda t-tentattiv tiegħu ntemm għoli.
Sliema wieġbu fis-17-il minuta, meta Mohamed Awad avvanza tajjeb fil-kaxxa wara li qabeż żewġ difensuri iżda l-ballun intemm barra. Is-Slimiżi reġgħu ħolqu l-periklu tliet minuti wara b’Fernando Gomes mid-distanza jara x-xutt tiegħu jintemm għoli.
Birkirkara fetħu l-iskor fid-29 minuta meta’ minn azzjoni ta’ corner, BAYO MBEN, tefa’ fix-xibka permezz ta’ xutt baxx u angolat.
Fit-38 minuta, Sliema Wanderers ittantaw xortihom b’ xutt mid-distanza ta’ Uros Djuranovic li iżda sab lill-goalkeeper ta’ Birkirkara, Miguel Angel Martinez attent.
Fid-69 minuta, cross ta’ Jean Borg għal Sliema Wanderers wasal għand Barros Santos, li żida reġa’ sab lil Martinez attent, li salva tajjeb.
Fit-73 minuta, Birkirkara kellhom freekick insidjuż li nkariga ruħu minnu l-captain Alessandro Coppola, li iżda ġie devjat f’corner mill-goalkeeper ta’ Sliema, Rashed Al-Tumi.
L-isforzi Slimiżi ġew ippremjati fit-78 minuta meta GUSTAVO ALCINO wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, prattikament minn fuq il-linja tefa’ ġewwa.
L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita, biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.
Birkirkara: Miguel Angel Martinez, Francisco Lopez Garrone, Manuel Ignacio Morello, Aleandro Garzia, Kemar Reid (Kaiden Fenech 69), Neil Micallef (Shaun Dimech 75), Alessandro Coppola, Geoffrey Acheampong (Jere Vrcic 83), Ronivan Bispo Dos Santos, Donovan Stephane Makoma, Jacques Armand Thierry Bayo Mben (Sebastian Viveros Lopez 83) – Coach: Paul Zammit
Sliema W.: Rashed Al Tumi, Jean Borg, Adam Magri Overend, Uros Duranovic (Wescley Matos Da Silva 77), Roko Prsa, Gustavo Alcino, Andre Seruca De Oliveira, Murilo Henrique Freire Bernardo, Mohamed Abdulahi Awad (Marcelo Barros Santos 64), Thiago Espindola De Paula, Jose Fernando Gomes Junior – Coach: Pablo Doffo
Referee: Ezekiel Barbara
assistenti: Duncan Sultana, Max-Lee Muscat
Raba’ Uff.: Glen Tonna
Skorers: J. Bayo Mben 29 (B); G. Alcino 78 (SW)
Ammoniti: J. Bayo Mben, F. Garrone, A. Garzia (B); U. Duranovic, G. Alcino, A. Secura De Oliveira, J. Gomes Junior (SW)
Player tal-Logħba: Jacques Armand Thierry Bayo Mben (SW)

