Wednesday, December 17, 2025

Premjazzjoni Annwali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu

Aqra wkoll

Dan l-aħħar il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu organizzat l-Ikla Annwali tagħha bil-qofol tas-serata tkun il-Premjazzjoni liċ-ċiklisti kollha li kisbu xi suċċess matul dan l-istaġun li għadu kif intemm fid-diversi kategoriji. Kienu ppremjati ukoll Team Greens bħala r-rebbieħa tal-Elite Aggregate Cup u tal-Overall Aggregate Cup. Il-preżentazjonijiet saru mill-President tal-istess Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, John Zammit, li kien assistit minn Joe Bajada, Segretarju Ġenerali u Etienne Bonello, Direttur Tekniku tal-istess Federazzjoni.

Fil-messaġġ tiegħu, John Zammit qal li l-istaġun li għadda kien mimli ħafna filwaqt li dak li ġej ser ikun iktar mimli minkejja li ser ikun fuq format ġdid u dan wara li ngħatajna struzzjonijiet minn naħa tal-UCI dwar li ż-żewġ kampjonati tagħna li jridu jkunu fuq tiġrija waħda biss.

Dan il-format għandu jikkonsolida u jagħti direzzjoni lix-xena tat-tlielaq lokali fejn l-istagun issa ser jinqasam fi tnejn: il-Kampjonati Nazzjonali u t-Tlielaq tas-Serje Nazzjonali tal-Klabbs fejn kull klabb huwa marbut li jorganizza mill-inqas tiġrija waħda.

Huwa nnota b’sodisfazzjoni li hemm minn qed jitlob li jagħmel iktar minn tiġrija waħda u dan għandu jkun ta’ stimolu għal klubbs oħra. Huwa wera s-sodisfazzjoni li hemm bosta tfal li qed jieħdu sehem fit-tiġrijiet tal-kategoriji tagħhom u hawn radd ħajr lil ġenituri u l-uffiċjali tal-klubbs li qed jissapportjahom. Wara li rringrazzja lis-Segretarju Ġenerali Joe Bajada għal ħidma ferm kbira tiegħu fil-Federazzjoni, huwa awgura lil kullħadd Milied mimli Barka u Hena tas-Sena, kif ukoll Sena Ġdida 2026 mimlija saħħa u suċċessi lil uffiċjali tal-klubbs u lil familjari tagħhom, kif ukoll liċ-ċiklisti kollha.

Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu turi l-apprezzament tagħha liċ-ċiklisti u lill-uffiċjali tal-klabb kollha għas-sehem ta’ dan l-istaġun, kif ukoll lill-ARRTs Timing System għall-ħidma kbira tagħhom. Grazzi tmur ukoll lis-servizzi rispettivi tal-Kunsilli Lokali, Trasport Malta, il-Pulizija, l-Emergency First Response, kif ukoll lil xi voluntiera, timekeepers, u marshalls.

L-Unuri fil-Kampjonat tar-Road Race 2025 intrebħu minn:

Elite: Aidan Buttigieg (Team Polti VisitMalta)           

Ladies: Diana Muscat (Team Greens)                     

Masters 40+: Gesred Borg (Team Greens)

Masters 50+: David Cushing (Bike it Up Racing)

Juniors: Ryan Gatt (The Cyclist by Agones)                                              

Under 16 M: Ethan Grech (Mosta Cycling Club)

Under 16 F: Rihanna Hassan (Team Greens)

Under 14 M: Neil Cassar (Shamrock Stars SC   )

Under 14 F: Nina Debono Curmi (D Sports Lab)

Under 12 M: Kurt Grech (Mosta Cycling Club)          

Under 12 F: Valeria Barbara (The Cyclists by Agones)

L-Unuri fil-Kampjonat tar-Time Trial 2025 intrebħu minn:

Elite: Aidan Buttigieg (Team Polti VisitMalta)           

Ladies: Michelle Vella Wood (Team Greens)                     

Masters 40+: Mark Zammit (Mosta Cycling Club)      

Masters 50+: David Cushing (Bike it Up Racing)

Juniors: Ryan Gatt (The Cyclist by Agones)                                              

Under 16 M: Ethan Grech (Mosta Cycling Club)

Under 16 F: Rihanna Hassan (Team Greens)

Under 14 M: Neil Cassar (Shamrock Stars SC)

Under 14 F: Nina Debono Curmi (D Sports Lab)

Under 12 M: Kurt Grech (Mosta Cycling Club)          Under 12 F: Zaliya Dimech (Shamrock Stars SC)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport