B’referenza għall-istqarrija maħruġa aktar kmieni mill-Partit Nazzjonalista, il-kandidat Ryan Mercieca ddefenda lilu nnifsu u qal li biex jassigura dan saħansitra ġibed l-attenzjoni tal-Kummissjoni rigward il-libell imsemmi u dwar il-fatt li hu qatt ma nstab ħati mill-Qorti.
Huwa tkellem ukoll dwar id-deċiżjoni tiegħu li ma jibqax kkunsidrat bħala kandidat tal-Partit Nazzjonalista b’effett immedjat. Rigward din id-deċiżjoni huwa żied li meta wieħed iqis dan kollu, l-istqarrija maħruġa mill-partit dalgħodu fiha affarijiet li jeħtieġ jiġu kkjarifikati.
Huwa qal li l-istqarrija ma ssemmix li kienet deċiżjoni tiegħu li ma jibqax jikkunsidra lilu nnifsu bħala kandidat tal-Partit Nazzjonalista u li hu qatt ma ddikjara li mhuwiex se jimxi fid-direzzjoni tal-partit u lanqas li se jkun qiegħed jitfa n-nomina tiegħu.
Intant huwa żied jgħid li fid-dawl ta’ dan kollu jinsab preparat biex jiddefendi l-pożizzjoni u r-reputazzjoni tiegħu.