Sunday, December 22, 2024

Preparazzjonijiet intensivi għal Miss World Malta 2024

Aqra wkoll

Għal darb’oħra it-tħejjijiet għal din is-sena għal Miss World Malta jisnabu fl-aqwa tagħhom. Se jkollna l-opportunitá li nerġgħu nlaqqgħukhom mal- kontestanti ta’ din is-sena.

Ħamsa u għoxrin tfajla minn lokalitajiet different inkluż mill-gżira ta’ Għawdex se jikkompetu fit-3 ta’ Lulju ġewwa l-Forti Sant’Iermu.

Nistgħu ngħidu li dawn it-tfajliet jiġu magħżula fuq bażi ta’ edukazzjoni u personalitá apparti mis-sbuħija.

It-tfajla rebbieħa se jkollha l-opportunitá li tipparteċipa ma’ 120 tfajla oħra minn madwar id-dinja fis-serata finali ta Miss World, li huwa l-akbar konkors ta’ sbuħija fid-dinja, liema edizzjoni se tkun it-72 waħda.

Dan l-avveniment lokali jiġi organizzat minn Modelle International fejn huma liċenzjati mill-Miss World Jersey Ltd li jkollhom id-dritt li jtellgħu t-tfajla magħżula Maltija.

Il-parteċipanti kollha jgħaddu minn stħarriġ ta’ livell għoli fejn jieħdu sehem f’diversi attivitajiet, fosthom il-Beauty with a Purpose li hija slogan li tista’ tintuża biss minn min hu liċenzjat minn Miss World Jersey Ltd. It-tema ta’ din is-sena għal darb’oħra se tkun iddedikata għal “The Malta Trust Foundation” fejn se jiġu organizzati diversi attivitajiet bejn it-tfajliet kontestanti. Dik it-tfajla li tkun ħadmet l-aktar tiġi ppreżentata bit-titlu ta’ “Beauty with a Purpose” waqt is-serata finali.

Se naraw ukoll il-kontestanti kollha f’diversi promozzjonijiet u photoshoots fejn se niltaqgħu ukoll mat-tim kollu li jkun qed jieħu ħsieb il-kontestanti matul il-preparamenti tagħhom relatati ma’ moda u sbuħija.

Dawn huma opportuntajiet tajbin ħafna fejn it-tfajliet Maltin jistgħu jieħdu sehem fihom, fejn tirrigwardja l-personalitá li hija importanti ħafna f’dan il- kuntest, u apparti minn hekk tkun qed tieħu esperjenza ġdida u titgħallem aktar dwar suġġetti differenti.

L-eleganza ma tonqosx waqt is-serata finali fejn it-tfajliet apparti li jiġu ġġudikati fuq il-personalitá tagħhom ikollom ukoll sfilata bi ħwejjeġ eleganti fejn jintgħażlu 12-il finalista biex jimmudellaw bil-malji fejn finalment jintgħażlu sitt finalisti oħra biex minnhom tintgħażel ir-rebbieħa ta’ din is-sena.

Edizzjoni speċjali ta’ Gateway To Miss World se jixxandar ġimgħa biss qabel is-serata finali ippreżentat minn Claudia Calleja bi produżzjoni ta’ Modelle International.

Insellmu wkoll lir-rebbieħa renjanti Martine Cutajar li qed tagħti l-almu tagħha wkoll u li kienet ir-rebbieħa fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet u b’hekk se tkun qed iċċedi dan it-titlu.

Din is-serata se tintwera live fuq ONE.

Ekonomija

Sport