Tuesday, December 24, 2024

Pressjoni biex il-player Amir Nasr Azadani jinħeles mill-ħabs Iranjan

Aqra wkoll

Qed issir talba internazzjonali biex id-difensur tal-Iran, Amir Nasr Azadani, jinħeles mill-ħabs f’pajjiżu. 

L-Iran, permezz tal-ambaxxata fil-Kolombja, ikkummenta dwar l-aħbar li ħarġet dwar dan il-player hekk kif kien hemm rapporti li huwa ġie kkundannat għall-mewt, iżda l-awtoritajiet Iranjani ċaħdu dan kollu. 

Huma qed isostnu li l-proċess  għadu ma sarx u għalhekk huwa impossibbli li din is-sentenza qed tiġi esegwita. 

Peró Nasr Azadani jista’ jiġi pproċessat u eżegwit fi kwalunkwe ħin minħabba li appoġġja d-drittijiet tan-nisa … u d-dinja tal-football kienet pronta tappoġġja lil dan il-player ta’ 26 sena.. 

Fost dawk li tkellmu kien l-eks player ta’ Wales u Li­verpool, John Toshack, fejn ħadem bħala coach mal-istess Nasr Azadani fit-team ta’ Tractor Sazi.

“Niftakar l-iskwadra tant tajjeb ejn kellna ħafna players żgħażagħ. Madankollu, kien interessanti għax kollha kienu ħerqana biex jitgħallmu u jipprogressaw. 

“Amir kien wieħed minnhom iżda kellu injury f’irkop­ptu u kien għadu qed jirkupra meta wasalna. Kien player mill-aktar promettenti fejn kellu kapaċitajiet straordinarji. 

“Dan huwa skandlu kbir li jinsab il-ħabs minħabba li qed jappoġġa d-drittjiet tan-nia. In-nisa u l-irġiel huma ugwali … u għaldaqstant għandu jiġi meħlus minnufih,” huwa qal. 

Barra minn hekk, il-gvern stqarr li Amir huwa “akkużat li kien membru ta’ grupp armat li qatel tliet pulizija u uffiċjali tas-sigurtà b’armi awtomatiċi”.

Din hij stqarrija li bosta kritiċi qed isibuha falza fit-tentattiv biex jiġi kkundannat.

Ekonomija

Sport