Sunday, September 8, 2024

Pressjoni għolja fuq il-gżejjer Maltin se tibqa’ tagħti temp “sajfi” matul din il-ġimgħa

Aqra wkoll

Matul din il-ġimgħa l-gżejjer Maltin se jibqgħu jesperjenzaw temp “sajfi” hekk kif pressjoni għolja se tibqa’ tippersisti kif kienet matul l-aħħar jiem.

Is-sit l-Aġġornament tat-Temp ibassar li għada t-Tlieta t-temp se jkun ftit imsaħħab li jisaħħab ħafna u b’riħ Majjistra Forza 4, filwaqt li l-Erbgħa t-temp se jkun il-biċċa l-kbira xemxi b’riħ mil-Lvant li jkun Forza 3 għal 4.

Il-Ħamis u l-Ġimgħa t-temp minkejja li se jkun sabiħ se jkun ftit imsaħħab b’riħ mix-Xlokk Forza 3.

Għal tmiem il-ġimgħa, is-Sibt se jibqa’ ftit imsaħħab b’riħ forza 4 mix-Xlokk filwaqt li l-Ħadd it-temp se jkun ftit jew wisq imsaħħab b’riħ Forza 4 għal 5 mix-Xlokk.

Ekonomija

Sport