Friday, December 20, 2024

Pressjoni kbira fuq l-isptarijiet Ingliżi minħabba l-varjant il-ġdid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-tobba ġewwa r-Renju Unit qegħdin jiffaċċjaw pressjoni enormi hekk kif il-varjant il-ġdid tal-Covid-19 qiegħed jagħmel is-sitwazzjoni iktar ikkumplikata minn April li għadda, jiġifieri minn meta l-pandemija kienet l-aqwa tagħha. 

Fil-preżent hemm iktar pazjenti ġewwa l-isptar milli kien hemm fir-rebbiegħa u dan hekk kif l-infezzjonijiet għadhom qed jiżdiedu. Sa nhar it-Tnejn li għadda kien hemm 20,426 persuna li kienu qegħdin jingħataw il-kura ġewwa l-isptarijiet madwar l-Ingilterra. F’April li għadda l-ogħla ammont milħuq kien ta’ 18,974. 

Nhar it-Tnejn li għadda wkoll kien hemm rekord ġdid ta’ każi ta’ Covid-19 fejn kienu rrapportati 41,385 każ. Dan ir-rekord saħansitra ġie miksur l-għada stess b’53,135 każ. Skont is-Segretarju tas-Saħħa tar-Renju Unit Matt Hanocock, il-maġġoranza tal-każi l-ġodda huma aktarx tal-varjat il-ġdid li huwa wieħed li jiġi trażmess iktar malajr. 

Ekonomija

Sport