Prestazzjoni oħra inkredibbli minn Team Noel Malta fil-Kampjonat Dinji tal-XFC f’Ruma.
Il-fighters ta’ dan it-tim tal-kickboxing ewlieni f’Malta taw riżultati eċċellenti, fejn rebħu 10 Titli Dinjija, ħames Midalji tal-Fidda, u tmien Midalji tal-Bronż kontra avversarji tal-ogħla livell minn madwar id-dinja kollha.
F’kummenti li għadda lil dan is-sit, Master Noel Mercieca qal: “Kburi ħafna b’kull wieħed u waħda minnkom… ix-xogħol iebes u d-dedikazzjoni tagħkom verament taw il-frott.”
“Grazzi kbira lill-assistenti tiegħi Daniel Zahra, James Busuttil u Celeste Galea u lil sħabna kollha tat-tim li appoġġjaw lill-ġellieda tagħna matul l-avveniment.”
“Ringrazzjament speċjali lil Mariana Joesam Azzopardi talli kienu maġenbi matul dan il-vjaġġ meraviljuż, u lil Alessandro u Alessio Xfcmanagement Cecchini għall-istedina u l-opportunità.”
Dawn kienu r-rebbieħa:
Skyler Bezzina
Champion tad-Dinja fil-K1 Rules
Jesred Piscopo
Champion tad-Dinja fil-Boxing
Victor Galea
Champion tad-Dinja x 2 fil-K1 full & K1 Light
Dillon Mamo
Champion tad-Dinja x2 fil-K1 light & K1 Full
Marie Deuther
Champion tad-Dinja K1 Light
Emma Xuereb
Champion tad-Dinja fil-Kickboxing
Jake Gomez Blanco
Champion tad-Dinja x2 fil-Boxing u Light Boxing

