Tuesday, April 7, 2026

Prestazzjonijiet mll-aqwa minn bowlers żgħażagħ Maltin fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ f’Berlin

Aqra wkoll

Iż-żgħażagħ Maltin taw wirja oħra qawwija fl-aqwa Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ tat-ten pin bowling, b’żewġ midalji tal-bronż minn Nicolai Mallia (Singles u All – Events), u t-8 post fil-Masters minn Kayden Lagana’.

It-timijiet resqu wkoll qrib ħafna ta’ midalja: il-ħames post fit-tim ta’ erbat irġiel (Mallia, Lagana’, Tomas u Samuel Caruso, pass ’il bogħod miż-żona tal-midalji b’17-il pin biss ’il bogħod b’total ta’ 5086-5107), u l-ħames post konġunt (sitt pins biss ’il bogħod miż-żona tal-midalji) fid-doubles minn Malla u Lagana’.

Mallia  kellu  wkoll logħba perfetta ta’ 300 fl-avveniment tat-timijiet. 25 tim nazzjonali ħadu sehem fit-tim ta’ 4 irġiel, b’total ta’ 112-il tifel fis-singles.

Grazzi lil BeActive – SportMalta għall-appoġġ imprezzabbli tagħhom, kif ukoll lis-Superbowl talli pprovdew slots speċifiċi ta’ taħriġ għall-plejers biex jitħarrġu qabel l-avveniment.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport