Hekk kif bdiet tiġi infurzata l-kwarantina mandatorja, l-ebda sinjal ta’ problemi; preżenti fuq il-post il-Ministru Byron Camilleri

FILMAT u RITRATTI: ALAN SALIBA
Dan is-sit żar iċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far dalgħodu, hekk kif bdiet tiġi infurzata fuq ir-residenti ta’ dan iċ-ċentru kwarantina mandatorja, bħal reazzjoni għall-aħbar li numru ta’ residenti ġewwa ċ-Ċentru rriżultaw pożittiv għall-Covid-19.


















Ammont kbir ta’ pulizija, kif ukoll membri tal-forzi armati, ddominaw l-entratura taċ-ċentru hekk kif dan ingħalaq, filwaqt li r-residenti dehru jagħmlu forma ta’ defile’ fil-bitħa tal-istess ċentru. Minkejja s-sitwazzjoni, fl-ebda ħin ma kinet tidher xi tensjoni mill-persuni preżenti.
Intant, spikkat ukoll il-preżenza tal-Ministru tal-Intern Byron Camilleri, kif ukoll il-Brigadier tal-Armata Jeffrey Curmi, li kienu preżenti fuq il-post jissorveljaw il-ħidma tal-forzi armati.