Sunday, November 3, 2024

Prezzijiet tal-MGSs b’Rata ta’ Mgħax Fissa għall-Investituri Retail

Aqra wkoll

B’referenza għall-Istqarrija Nru. 775 ta’ nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Lulju 2022, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

(i) 2.60% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2028 (V) bi prezz ta’ €102.50b’YTMta’ 2.142%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 2.154%;

(ii) 2.90% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2032 (VI) bi prezz ta’ €101.75b’YTMta’ 2.703%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal2.722%; u

(iii) 3.40% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2042 (I) bi prezz ta’ €102.25b’YTMta’ 3.247%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.273%.

L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif jidher hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:

Applikazzjonijiet:

(i) mill-membri tal-pubbliku għall-ammont li ma jaqbiżx il-€100,000 kull persuna f’xi wieħed jew f’kull wieħed mit-tliet stocks jiftħu t-Tnejn il-11 ta’ Lulju 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa t-13 ta’ Lulju 2022; u

(ii) mill-investituri wholesale magħmulin f’offerti b’irkant jiftħu l-Ġimgħa l-15 ta’ Lulju 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f’nosinhar (CET) tal-istess ġurnata. L-ammonti ta’ kull stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u provdituri oħra awtorizzati ta’ servizzi ta’ investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, mil-Ġimgħa t-8 ta’ Lulju 2022.

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta kif ukoll fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, www.treasury.gov.mt.

Sport