Friday, November 15, 2024

Priġunier ikkundannat 18-il xahar ħabs wara ġlieda fil-ħabs

Aqra wkoll

Paul Buttigieg ta’ 48 sena ġie kkundannat 18-il xahar ħabs ieħor wara li nstab ati li sentejn ilu kellu ġlieda ma’ priġunier ieħor. Hu tah daqqa ta’ ponn f’għajnu x-xellugija u kellu jingħata l-kura medika.

Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello il-Prosekuzzjoni li kienet immexjja mill-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa qalet li l-ġlieda seħħet bejn iż-żewġ priġunieri fit-12 ta’ Settembru ta’ sentejn ilu f’Diviżjoni 18 tal-ħabs ta’ Kordin.

Fuq il-vittma kellhom isiru tliet punti minħabba d-daqqa’ li laqqat mingħand Buttigieg.

L-akkużat ġie mixli wkoll u nstab ħati li wettaq reat waqt li kien priġunier u li rrenda ruħu reċidiv.

Il-Maġistrat Montebello wara li semgħet il-provi mressaq kollha mill-prosekuzzjoni kkundannat lil Buttigieg għal 18-il xahar ħabs.

Ekonomija

Sport