Friday, February 21, 2025

Priġunier mixli b’fastidju sesswali fuq priġunier ieħor

Aqra wkoll

Priġunier ta’ 68 sena tressaq il-Qorti mixli li ta fastidju sesswali lil priġunier ieħor li qiegħed fl-istess ċella miegħu.

Quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia, il-vittma spjega li f’Jannar ta’ din is-sena, il-priġunier li kien fil-kamra miegħu, Anthony Pirotta allegatament beda jmisslu kuxxtejh waqt li tkellem b’mod vulgaru.

Min-naħa tiegħu, Pirotta li nstab diversi drabi ħati ta’ reati sesswali, wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkuzi miġjuba kontrih. Fix-xhieda tiegħu, xhud li ismu ma jistax jixxandar minħabba l-identità tiegħu, qal li lminħabba l-istess każ kien qed isofri minn anzjeta u li kellu jingħata l-għajnuna meħtieġa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

L-istess xhud qal li Pirotta beda jurih ħafna ħbiberija u joffrilu l-għajnuna f’każ li jkun jeħtieġ. Qal li offrilu sapun u biċċiet tal-art biex jaħsel iċ-ċella. Kompla jgħid li offrilu qliezet ta’ taħt iżda kienu maħmuġin u talbu biex jara l-jeans tiegħu.

Il-każ se jkompli jinstema’ f’April. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetur Gabriel Kitcher bl-għajnuna tal-Avukat Miriayah Borg.

L-avukat tal-għajnuna legali Julia Stafrace Zammit qed tassisi lill-akkużat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport