Friday, November 22, 2024

“Prim Ministru għalfejn kont mort fuq il-post fejn mietet Miriam Pace… biex tidher fir-ritratti?’

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista, Jason Azzopardi tkellem dwar it-traġedja li fiha mietet Miriam Pace fil-Ħamrun, u dan meta intradmet f’darha meta kienu qed isiru xogħlijiet eżatt maġenbha. Fil-Parlament hu staqsa lill-Prim Ministru Robert Abela għaliex mar fuq il-post fejn mietet Miriam Pace dakinhar tat-traġedja. Staqsa jekk marx hemm bħala opportunità għal ritratt.

“Hi xi ħaġa importanti li dak ir-rapport jiġi pubblikat. Jaħbi min għandu x’jaħbi. Mietet omm. Mietet mara. Mhux kulħadd għandu l-kontijiett Dubaj. Mhux kulħadd ġej u sejjer Dubaj bil-bagalji tal-flus. Prim Ministru inti wegħdt xi ħaġa biex tagħti sodisfazzjon u biex dak li seħħ ma jiġix ripetut”, saħaq Dr Jason Azzopardi.

Sport