Sunday, November 10, 2024

Prinċep William u Prinċep Harry jingħaqdu mill-ġdid biex isellmu lill-pubbliku li attenda biex isellem lir-Reġina

Aqra wkoll

Iż-żewġt aħwa kienu ilhom ma jidhru flimkien fil-pubbliku minn April tas-sena l-oħra fil-funeral tad-Duka ta’ Edinburgh. 

Il-Prinċep William talab lil ħuħ biex flimkien ma’ martu jingħaqdu magħhom. Huma ħarġu flimkien u qattgħu xi ħin man-nies li ġew biex jagħtu l-aħħar tislima lir-Reġina Eliżabetta II. Kien f’dan il-mument li l-folla bdiet iċċapċap hekk kif il-koppji resqu lejhom u bdew tkellimhom.  Iż-żewġ koppji kienu kollha libsin l-iswed.

Kien hemm mumenti tassew ħelwin bejn il-koppji u l-pubbliku. Meghan dehret tgħannaq mara magħha li kienet tinsab fil-folla. Mument ħelu ieħor kien meta Kate rat tifel jibki u kif niżlet ħdejh u bdiet tkellmu, it-tifel waqaf mill-biki u qagħad attent għal dak li bdiet tgħidlu Kate. 

Bosta kienu dawk li ħadu r-ritratti ma’ Willam u Kate, Harry u Meghan. Huma rringrazzjaw lill-pubbliku li mar bi ħġaru biex jagħti tislima xierqa lir-Reġina. 

Sport