Tuesday, December 24, 2024

Prinċipessa Ġappuniża tagħżel li tiżżewweġ raġel “komuni” u titlef it-titlu rjali

Aqra wkoll

Il-Prinċipessa Ġappuniża Mako żżewġet lis-sieħeb tagħha Kei Komuro – li kienet iltaqgħet miegħu fl-università – u b’hekk tilfet l-istatus rjali. 

Il-liġi Ġappuniża tgħid li l-membri femminili tal-familja rjali jitilfu l-istatus rjali tagħhom jekk jiżżewġu persuna “komuni”.

Min-naħa l-oħra l-membri rġiel ma jitilfux l-istatus jekk jagħmlu hekk. Mako jidher li lanqas għamlet ir-riti tat-tieġ li s-soltu jsiru meta membru tal-familja rjali jiżżewweġ u lanqas aċċettat somma flus li tkun offruta lill-membri rjali nisa meta jitilqu mill-familja.

B’hekk Mako hija l-ewwel membru femminili li naqset milli tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet. Il-koppja mistennija li jmorru joqogħdu l-Istati Uniti, u ħafna kienu dawk li qabbluhom mal-koppja Harry u Meghan tar-Renju Unit.

Ekonomija

Sport