Żagħżugħ ta’ 26 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex fejn kien akkużat li kien kompliċi fi ħruq ta’ vann u f’bini li jinsab ix-Xewkija. L-akkużat wieġeb li hu ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Fil-Qorti nstema’ kif il-każ imur lura għal 1 ta’ Settembru ta’ sentejn ilu, fejn Gabriel Farrugia Hardie kien akkużat li għall-ħabta tat- 3:15 p.m kien kompliċi fi ħruq ta’ vann tat-tip Mitsubishi u li fil-bini tal-Gozo Football Association (GFA) fix-Xewkija Għawdex.
Hardie kien qed jiġi akkużat ukoll li kiser sentenzi mogħtija lilu mill-Qorti tal-Maġistrat u li kkaġuna ħsarat li jammontaw għal iktar minn €2,500 fi ħsara b’dannu għall-istess assoċjazzjoni.
Qabel ma tat is-sentenza, il-Maġistrat Simone Grech qieset il-kundizzjoni medika taż-żagħżugħ. Il-Qorti ddeċidiet li tpoġġi lil Gabriel Farrugia Hardi taħt probation
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.